eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 1778/2001/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
22/03/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
XUEREB FRANCIS SIVE FRANK vs BONELLO MARIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
XUEREB FRANCIS SIVE FRANK vs BONELLO MARIA ET - 1778/2001/1 - CIVILI, PRIM AWLA, MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, AMMISSJONI TAL-OMM - LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, AZZJONIJIET RELATTIVI - LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, IMPUNJAZZJONI TA` - LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, KUNCETT TA` IMPOSSIBILITA` FIZIKA - LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, META L-AZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 77 TAL-KAP. 16 MA TKUNX TISTA` TIGI EZERCITATA
Fil-Qosor
Hemm tliet azzjonijiet permessibbli fil-ligi taghna sabiex tigi attakata l-legittimita' ta' l-uliedu cioe':
a) L-azzjoni ta' diskonoxximent jew ta' denegata paternita' a bazi tal-Artikolu 70tal-Kap 16 li hija miftuha ghar-ragel li fic-certifikat tat-twelid huwa indikat bhala missier it-tifel imwieled fiz-zwieg, u dan fil-kazijiet indikati tassativament fis-Subartikolu (1) (a) sa (d), liema azzjoni tattakka l-presunzjoni "pater est quae iustiae demonstrat", u twassal biss mhux biex jigideterminat il-missier tat-tarbija imma biss ghad-dikjarazzjoni li r-ragel ta' l-omm ma huwiex il-missier, liema azzjoni ghandha tigi prezentata fit-termini stretti moghtija fl-Artikolu 73 tal-Kap 16.
b) It-tieni azzjoni hija dik moghtija biss lit-tifel ai termini tal-Artikolu 84 sabiex jitlob l-istat ta' iben legittimu u ghaliha japplikaw ir-regoli stabiliti fl-Artikoli 82 sa 85 tal-Kap 16. Din l-azzjoni tat-tfittxija ta' paternita' hija moghtija biss lit-tifel u hija estiza lill-werrieta jew dixxendenti tieghu fil-kaz biss previst mill-ligi. It-Tifel ghandu d-dritt li jitlob stat kuntrarju ghal dak li jaghtih l-att tat-twelid meta ma jkollux pussess ta' stat konformi ma' l-att tat-twelid, u ebda limitazzjoni ohra ma timponilu l-ligi ghall-ezercizzju ta' dik l-azzjoni. Ghaldaqstantlilu ma tolqtux il-limitazzjoni li tolqot lil persuni ohra interessati, konsistenti f'illi huma jkollhom jippruvaw l-impossibilita' fizika ta' koabitazzjoni tal-presenti genituri tat-tifel fi zmien rilevanti minhabba lontananza. Meta t-tifel ma hux ostakolat fl-ezercizzju ta' l-azzjoni ta' ricerkatal-paternita' tieghu bil-fatt li dik l-impossibilita' fizika ma tirrizultax; l-unika limitazzjoni li tolqtu hija dik illi tolqtu meta huwa jkun jippossjedi stat konformi mal-att tat-twelid tieghu. Minn dan it-taghlim jidher li l-fatt li r-ragel ta' omm it-tarbija kien prezenti Malta u kellu il-possibilita' li jkollu relazzjoni ma' martu, ma ghandu jkun ta' ebda xkiel fl-indagini li ghandha ssir sabiex tigi stabbilita l-identita' tal-missier naturali tal-istess attur.
c) It-tielet azzjoni hija dik kontemplata fl-Artikoli 76 u 77 tal-Kap 16 fejn ghal dak li huwa relevanti ghal dik il-kawza fl-Artikolu 77 jinghad li: "Il-legittimita' ta' tifel imwieled matul iz-zwieg tista' tigi attakkata minn kull min ghandu interess, jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tliet mitt gurnata u l-mijau tmenin gurnata qabel it-twelid tat-tifel, ir-ragel kien f'impossibilita' li jghammar ma' martu minhabba li kien il-boghod minnha". Din l-ahhar azzjoni imsemmija ta' impunjazjoni ta' legittimita' hija miftuha ghal kull terz, inkluz lill-omm u lill-istess tifel peress li hija disponibbli ghal minghandu interess, inkluz il-persuna li tallega li hija missier it-tifel.
Il-ligi taghti l-opportunita' lill-diversi persuni fil-parametri hemm indikati, u biss bl-azzjonijiet fuq indikati sabiextigi denagata l-paternita' jew anke kontestata l-legittimita`.
Pero' l-azzjoni a bazi tal-Artikolu 77 hija subordinata ghal dak li hemm provdut fl-Artikolu 81 li jipprovdi li l-istat ta' ibenlegittimu ma jistax jigi attakkat minn hadd, lanqas mill-iben innifsu jekk il-minuri jkun akkwistal-istatus ta' iben legittimu mill-att tat-twelid u l-pussess tal-istess stat li jaqbel ma' tali att.
Fi kliem iehor l-azzjoni ittenta skond l-Artikolu 77 sabiex tirnexxi trid issir fl-ewwel loka bazi ta' iben jew bint li skond l-att ta' twelid ma jkunx ikkunsidrat bhala legittimu, jew ghalkemm l-istess att ta' twelid jikkunsidrah legittimu, huwa ma jkunx jippossedi l-istess stat ta' legittimu.
Il-pussess ta' l-istat ta' iben legittimu skond l-Artikolu 80 "stabbilit minn gabra ta'fatti, mehudin flimkien, li jiswew biex juru r-rabta ta' filjazzjoni u ta' demm bejn it-tifel u l-familja li hu jghid li hi l-familja tieghu.
L-ewlenin fost dawn il-fatti huma:- (a) Illi t-tifel ikun gieb dejjem il-kunjom tal-missier li tieghu jghid li huwa l-iben; (b) Illi l-missier ikun trattah bhala ibnu, u, f'dik il-kwalita' haseb ghall-manteniment u edukazzjoni tieghu, u sabiex jikkollokah; (c) Illi t-tifel gie dejjem maghruf bhala tali min-nies; (d) Illi huwa ikun maghruf bhala talimill-familja.
Huwa biss jekk ikun hemm "nuqqas ta' att ta' twelid jew tal-pussess ta' stat (u dan skond kif definit fl-Artikolu 80 tal-Kap 16) inkella jekk it-tifel ikun gie registrat taht isem falz, li l-prova tal-filjazzjoni tista' ssir b'xhieda ohra li tista' tingieb skond il-ligi.
Minn dan johrog car li jekk iben jew bint ikollhom stat ta' wild legittimu, u jkollhom ukoll il-pussess tal-istess stat konformi mal-att ta' twelid, hadd ma jista' jattakka dan l-istat a bazi tal-Artikolu 77 anke jekk tigi ippruvata l-impossibilita' fizika ndikata fl-istess artikolu.
F`kazijiet bhal dawn id-dikjarazzjoni tal-istess omm, li ghalkemm wahedha ma hijiex bizzejjed ai termini tal-Artikolu 70 (2) tal-Kap 12, xorta ghandha mportanza massima f'dawn il-materji, specjalment meta hija kkorroborata minn xhieda ohra, bhal ta' zewgha, u tal-missier reali tal-istess minuri, u dan ghandu jwassal ghall-konkluzzjoni li l-prova permezz ta' xhieda tkun ukoll saret f'dan is-sens.
Ghall-finijiet tal-azzjoni taht l-artikolu 77 tal-Kap. 16 l-impossibilita' fizika li ghaliha hemm riferenza ghandha tkun wahda li setghet taffetwa b'xi mod il-koncepiment tat-tarbija.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta