Reference: 75/2010/1

Judgement Details


Date
08/10/2012
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL, ZAMMIT MC KEON JOSEPH
Parties
MUSCAT CHARLES STEVEN vs AVUKAT GENERALI
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Illi l-akkuzat ghandu d-dritt li jigi mgharraf bil-jedd tieghu li jibqa sieket u f'dan il-kaz l-attur kien mgharraf bil-jedd tieghu li jibqa' sieket u ma jwegibx. Din l-ghazla seta' jaghmilha bla konsegwenzi ta' xejn u ghalhekk ghamilha b'libertà shiha. Ma hemm ebda xiehda u lanqas allegazzjoni likien mhedded jew imqarraq b'weghdiet ta' xi vantagg. Din il-libertà fl-ghazla jekk iwegibx jew letaghti garanzija kontra kull pregudizzju minhabba awto-inkriminazzjoni.

Inoltre l-attur kienragel matur li gà kien qieghed jiskonta sentenza fil-facilità korrettiva meta kien interrogat: l-istqarrija kontestata ghamilha minghajr assistenza ta' avukat fis-7 ta' Awissu 2002 izda kien ilu l-habs mill-1994. Kellu esperjenza ta' interrogazzjoni mill-pulizija u ma kienx xi minorenni jew ibatiminn xi forma ohra ta' vulnerabilità hekk li facilment ikun intimidit bl-ambjent fejn issir l-interrogazzjoni. Illi ghalhekk it-talba giet michuda meta il-Qorti qieset ukoll illi l-attur kien ghad irid ighaddi mill-process penali bil-garanziji procedurali kollha li dan jaghti u fejn jingiebu l-provikollha, u mhux biss l-istqarrija tal-akkuzat; illi matul dan il-process l-attur kien sejjer ikollul-ghajnuna ta' avukat; u illi l-imhallef togat kien sejjer iwissi lill-gurati bil-perikolu illi joqoghdu biss fuq l-istqarrija meta jiddeciedu dwar htija, bla ma jqisu wkoll il-provi l-ohra, u illi l-imhallef sahansitra jista' jwissi lill-gurati biex jiskartaw l-istqarrija jekk tingieb xiehda li l-istqarrija ttiehdet bi vjolenza, b'qerq jew b'tehdid.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info