Referenza: 1487/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
ELLUL NICHOLAS ET vs CUTAJAR MARY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACCESSJONI, ELEMENTI TA` - HAJT DIVIZORJU, THAFFIR HDEJN - KORRISPONDENZA MIBGHUTA BLA PREGUDIZZJU - PRESKRIZZJONI, MA HEMM EBDA INTERRUZZJONI META KORRISPONDENZA TINTBAGHAT BLA PREGUDIZZJU - PROVA, META RAPPORT PERITALI JISTA` JIGI SKARTAT - SERVITU`, DISTANZA LEGALI - SERVITU`, THAFFIR HDEJN HAJT DIVIZORJU
Fil-Qosor
L-artikolu 439 tal-Kap 12 jipprovdi li: "Hadd ma jista' jhaffer fil-fond tieghu bjar, gwiebi, jew latrini, jew jaghmel thaffir iehor ghal kull ksieb li jkun, f'boghod ta' anqas minn sitta u sebghin centimetru mill-hajt divizorju".

Ir-raguni ghal din l-projbizzjoni hija semplici u tikkonsistifil-fatt li thaffir f'dik id-distanza jikkawza normalment hsara fl-istess hajt u fond kontigwu, kifgara fil-kaz in ezami; pero` anke jekk tali thaffir ma jsirx f'tali distanza, u ghalhekk per se ma huwiex kontra l-ligi, il-persuna li taghmel l-istess xoghol u tikkawza hsara xorta hija responsabblighall-istess hsarat ai termini tal-artikolu 440 tal-Kap 16, u dan in virtu tal-principju li kull persuna hija responsabbli ghall-hsarat li hija tikkawza lil haddiehor.

Dan il-principju japplikakien ta' liema natura kien l-istess hajt divizojru, stante li l-artikolu 439 ma jaghmel ebda distinzjoni rigward il-hxuna jew l-ghamla tal-istess hajt divizorju, u dan a differenza minn dak li hemm provdut fl-artikolu 440, fejn fl-ahhar imsemmi artikolu la darba it-thaffir isir fid-distanza rikjesta mill-ligi, tali persuna li tkun ghamlet l-istess xoghol tkun responsabbli biss ghall-hsarat hekk ikkagunati jekk "il-hajt ikun gie mibni skond id-drawwiet u r-regoli tas-sengha taz-zmien li fih inbena".

Il-'giudizio dell'arte' espress mill-Perit Tekniku ma jistghax u ma ghandux aktar u aktar fejn il-parti interessata ma tkunx ipprevaliet ruhha mill-fakolta` lilha moghtija b'talba ghan-nomina ta' periti addizzjonali jigi skartat facilment ammenoche' ma jkunx jidher sodisfacentement illil-konkluzjonijiet peritali huma, fil-kompless kollha tac-cirkostanzi, irragonevoli.

Korrispondenza li tkun saret "bla pregudizzju" qatt ma jistghu jammontaw ghar-rinunzja tal-preskrizzjoni lighandha tkun specifika, espressa u cara.

Jekk fit-tlugh ta' bini tigi okkupata b'bona fede bicca mill-fond li jmiss ma' dak il-bini, u l-gar ikun jaf li qieghed isir dak il-bini u ma jaghmilx opposizzjoni, l-art li tigi hekk okkupata u l-bini li jsir fuqha jistghu jigu ddikjarati ta' proprjeta` ta' min bena, taht obbligu li jhallas lil sid l-art il-valur tal-wicc li jkun okkupa, u li jaghmel tajjeb ghal kull hsara li tkun saret.

F`dawn ic-cirkostanzi sid l-art okkupata ma jkollu ebda jedd li jitlob id-demolizzjoni tal-bini li jkun inbena fuq l-art tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni