eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 1128/2001/1
Download
Judgement Details
Date
21/02/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MILLER DISTRIBUTORS LTD vs BORG ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
MILLER DISTRIBUTORS LTD vs BORG ANTHONY ET - 1128/2001/1 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
ATTI GUDIZZJARJI, NULLITA` TA` - CITAZZJONI, DIKJARAZZJONI SABIEX JINGHATAW ID-DIKJARAZZJONI U L-PROVVEDIMENTI KOLLHA OPPORTUNI - CITAZZJONI, EKWIPOLLENZA - CITAZZJONI, KORREZZJONI TA` - CITAZZJONI, META TALBA ESSENZJALI GHALL-EZITU TAL-KAWZA TIGI ESKLUZA - CITAZZJONI, NULLITA` TA` - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA
Summary
Il-kazijiet li fihom l-eccezzjoni tan-nullita' ta' atti gudizzjarji tista' tinghata huma dawk imsemmija fis-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta. L-erba' (4) cirkostanzi msemmija f'dak l-artikolu huma tassattivi, fis-sens li biex dik l-eccezzjoni ta' nullita' ta'att gudizzjarju tirnexxi, trid bilfors taqa' taht il-parametri ta' xi wahda minnhom.
Bis-sahha tal-bidliet li saru fil-ligi bl-Att XXIV tal-1995, l-eccezzjoni ma tirnexxix lanqas (fejn mhix imsejsa fuq il-hrug tal-att gudizzjarju minn qorti li mhix kompetenti) jekk in-nuqqas jew ksur ikunu jistghu jissewwew taht kull disposizzjoni ohra tal-ligi. Il-ligi qeghda taghmel riferenza ghall-bidliet illi jistghu jsiru f'att gudizzjarju bis-sahha tal-artikolu 175 tal-Kapitolu 12, ukoll kif mibdulfl-1995.
Att gudizzjarju, maghmul bis-sahha ta' att null jew li gej minn att null, huwa null ukoll.
Id-distinzjoni bejn nullita' mtellgha taht il-paragrafu (c) u dik taht il-paragrafu(d) tas-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789, tikkonsisti fil-fatt li, f'tat-tieni, l-att gudizzjarjujkun milqut minn nuqqas ta' partikolarita' essenzjali mehtiega mil-ligi, u mhux "semplici" ksur tal-forma preskritta.
Il-ligi, tippreskrivi, fost l-ohrajn, li c-Citazzjoni ghandu jkun fiha tifsir car u sewwa tal-oggett u r-raguni tat-talba. Dan ifisser ukoll li l-premessi ghat-talbiet ghandhom iwasslu lil min qieghed jaqra l-att biex jara rabta bejn dawk il-premessi u t-talbiet. Marbutma' dan ir-rekwizit, hemm il-principju li l-parti mharrka trid tinghata l-fakolta' li tkun tista' tiddefendi kif jixraq lilha nnifisha mill-pretensjoni ta' min iharrikha.
Citazzjoni m'ghandhiextigi mwaqqgha ghajr ghal ragunijiet gravi. Madankollu, jekk in-nuqqas ta' kjarezza jkun ta' ghamla u kwalita' tali li jcahhad b'mod serju lill-imharrek mid-difiza tieghu, ic-citazzjoni ghandha tigimwaqqgha.
Dwar l-element ta' kjarezza fl-Att tac-Citazzjoni, l-ligi ma tinsistix fuq formolapreciza jew kliem partikolari, u sakemm it-talba tkun tista' tinftiehem, ma jimpurtax jekk il-kawzali tkunx imfissra b'mod xott jew sahansitra mifhuma jew implikata mit-talba nnifisha.
Fejn ma jkunx hemm kontradizzjoni ghall-ahhar bejn il-premessi u t-talbiet jew bejn it-talbiet innifishom,il-Qrati ghandhom iqisu b'cirkospezzjoni eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju. Biex att ta'citazzjoni jghaddi mill-prova tal-validita' huwa bizzejjed li t-talba tkun imfassla b'mod tali li l-persuna mharrka tifhem l-intenzjoni ta' min harrikha u li tali tifsila ma tkunx ta' hsara ghall-imharrek li jiddefendi lilu nnifsu mit-talba tal-attur.
Madanakollu hu necessarju illi jkun jirrizulta rapport ta' konnessjoni ragonevolment identifikabbli bejn il-premessi migjubin bhala l-kawzatat-talba u t-talba stess kif diretta kontra l-konvenut.
In-natura u l-indoli tal-azzjoni ghandhom jigu misluta mit-termini tal-att li bih ikunu nbdew il-proceduri. Normalment, b'dan wiehed jifhem li dak li kellu f'mohhu min ikun fetah il-kawza jkun irid jirrizulta mill-att tac-Citazzjoni innifsu u mhux minn provi li jitressqu izjed 'il quddiem fil-kawza, u ghalkemm id-dikjarazzjoni mahlufa hija mehtiega ad validitatem biex ic-Citazzjoni tkun tiswa, dak li jinghad fl-istess dikjarazzjonima jiswa qatt biex jirrimedja dak li jista' jkun nuqqas fl-Att tac-Citazzjoni, ghalkemm jista' jitfa' dawl fuq il-kawzali u jiccaraha. B'dan il-mod, jekk id-difett fit-tfassila tal-att li bih tkun inbdiet il-kawza ma jgibx pregudizzju serju lill-parti mharrka, allura l-procedura tkun tista' tigi salvata basta dan ma jaffettwax is-sustanza tal-azzjoni jew tal-eccezzjonijiet.
Il-frazi "prevja kull dikjarazzjoni mehtiega u necessarja ma tissupplimentax talbiet specifici li messhom saru u ma sarux.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It