Summary
Quddiem il-Bord tal-Appell dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, id-Dipartiment tal-VAT qal li l-istejjem tal-kaz in kwistjoni hargu wara li saret spezzjoni fuq il-post tan-negozju fejn instab li d-dhulghall-Visual shows (10am - 3pm) kien qed jigi ccargjat bir-rata mnaqqsa ta' 5% u mhux bir-rata ta'18% kif kien jigi ccargjat fil-kaz tas-cinema normali li jopera filghaxija.
L-appellant irribatta dan billi qal li l-attivita' li tirrigwarda l-visual shows hija wahda kulturali li tittratta fuq l-attrazzjonijiet tal-gzira ta' Ghawdex (Gozo 360) mil-lat turistiku. Huwa kompla jghid li jekk jintilef l-appell tinholoq distortion of competition bejn muzewijiet u attrazzjonijiet kulturali ohra u l-Kumpanija appellanti. Huwa rrefera ghal-Legal Notice 446 tal-2007 li tkopri d-dhul f'muzewijiet, art exhibitions, kuncerti u teatri u qal ukoll illi fil-Ligi (Skeda 8, Item 10) l-attivita'tal-Kumpanija mhix eskluza.
Id-Dipartiment tal-VAT irrefera ghal Annex 3 tad-Direttiva 2006/112/EC li taghti lill-Gvern il-fakulta` li japplika rati mnaqqsa f'certi cirkostanzi, izda l-attivita' tal-appellant ma gietx meqjusa mill-Istat bhala tali cirkostanza u allura ghandha tigi applikata r-rata massima.
Il-Bord wasal ghall-konkluzjonijiet :-
1. Li l-argument tal-appellant li x-shows maghrufa bhala Gozo 360 huma meqjusa bhala attivita' kulturali huwa korrett.
2. Li l-argument tal-appellant fir-rigward ta' Skeda 8 mhux tenibbli ghaliex il-fatt li l-attivita' mhix eskluza ma jfissirx li hija awtomatikament inkluza.
3. Li r-rapport investigattiv tad-Dipartiment datat 31 ta' Jannar 2009 ukoll jiddeskrivi l-attivita' in kwistjoni bhala depicting historical, religious, cultural and places of natural beauty on the island.
Il-Bord dehrlu li l-intenzjoni tal-legislatur meta hareg il-Legal Notice 446 kien li audio/visual shows ta' natura kulturali jitqiesubhala attivita' teatrali u ladarba attivita' teatrali taqa' taht Item 10 li tghid Id-dhul ghal muzewijiet, esibizzjonijiet artistici, kuncerti u teatri...,....,..5%, allura I-appell ghandu jigi milqugh. Il-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud appella minn din is-sentenza, fejn talab lill-Qorti sabiex in vista tal-aggravji minnu mressqa tilqa' l-appell tieghu u dan billi tirrevoka u thassar is-sentenza appellata.
L-aggravju tal-appellant huwa fis-sens li r-rappresentazzjonijietta' audio visual shows gewwa Victoria Ghawdex ma huma xejn ghajr films u ghalhekk ir-rata ta' VAT applikabbli ghall-istess hija dik ta' 18% u mhux 5% kif ritenut mis-socjeta' appellata u mid-decizjoni tal-Bord tal-Appell dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud u dan ghaliex jikkontendi li l-paragrafu 10tal-artikolu 3 tal-Avviz Legali ta' l-2007 ma jindikax tali attivita', li bazikament hija esebizzjoni ta' film, anke jekk ta' natura allegatament kulturali, bhala suggetta ghar-rata inqas ta' VAT ghaliex ma tikkonsistiex fi dhul ghall-muzewijiet, esebizzjoni artisitici, kuncerti u teatri.
Din il-Qorti thoss li l-appellant ghandu ragun stante li din il-Qorti thoss li tali attivita' organizzata mis-socjeta' appellanti anke jekk konsistenti f'slide show ma taqax taht l-ebda wahda mill-kategoriji msemmija f'paragrafu 10 tal-artikolu 3 tal-Avviz Legali ta' l-2007 u dan proprio ghaliex l-istess attivita' ma taqax taht id-deskrizzjoni ta' xi wahda mill-provisti ndikati fl-istess paragrafu li jirreferi biss ghad-dhul ghal muzewijiet, esebizzjonijiet artistici, kuncerti, u teatri, u b'hekk isewgi li d-dhul sabiex wiehed jara l-imsemmija slide show mertu tal-kawza odjerna ma tistax tikkwalifika dhul f'wiehed mill-postijiet jew skop indikat specifikament fl-istess provediment.
Hija l-opinjoni ta' din il-Qorti li certament ma jistax jinghad li tali attivita' tista' tigi kkunsidrata taht in-nomenklatura ta' teatru, ghaliex it-tifsira ta' teatru tinkorpora u tirreferi ghall-presentazzjoni attwali (live performances) u mhux esebizzjoni ta' films jew slide shows, kif inhu l-kaz odjern. Il-kuncett ta' teatru jinkorpora avvenimenti li jsehhu dak il-hin minn atturi, jew kantati live u certament mhux presentazzjoni ta' films jew slide shows, anke jekk koncess li huma ta' natura kulturali.
Il-Legislatur Malti ma riedx jinkorpora fil-ligi tieghu l-provisti kollha ndikati fil-paragrafu 7 tal-Anness 3 tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea 2006/112/EC, tant li fil-waqt li dan jirreferi ghall-iskop tal-artikolu 98 tad-Direttiva ghal (7) dhul ghal wirijiet, teatri, cirkli,fieri, parks tad-divertiment, kuncerti, muzewijiet, zuijiet, cinema, esebizzjonijiet u avvenimenti ufavilitajiet kulturali simili, fil-Ligi Maltija gew imsemmija biss uhud minn dawn l-postijiet u/jew avvenimenti u allura a contrario senso jirrizulta li dak li ma huwiex imsemmi huwa ghalhekk eskluz. Effettivament it-termini tal-Ligi Maltija hija cara dwar dan u lanqas hemm lok ta' ebda interpretazzjoni, ghaliex il-hsieb tal-Legislatur johrog car mill-kliem uzat (ubi voliut dixit), u f'dan il-kaz allura japplika l-principju qui dicit de uno, negat de altero jew inclusione unios fit esclusionne alterius.
Ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti tal-Appell tilqa' l-appell interpost mill-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud fir-rikors tieghu, b'dan illi qed tigi riformata s-sentenza tal-Bord tal-Appelli dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud fl-ismijiet A vs il-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud datata 8 ta' Lulju 2010 u dan billi:-
(1) Tikkonfermaha fejn gieritenut illi l-argument tas-socjeta' appellata fi Skeda 8 mhux tenibbli ghaliex il-fatt li l-attivita' mhix eskluza ma jfissirx li hija awtomatikament inkluza; u
(2) Tirrevokaha fil-kumplamenttaghha, u b'hekk,
(3) Tiddikjara li l-provista ghad-dhul ghal-cinema tas-socjeta' appellatainkluz dawk biex jintwerew il-films maghrufa bhala (Gozo 360) u generalment allura kull provista ta'kull dhul fl-istess cinema ghandha tithallas fuqha t-taxxa fuq il-Valur Mizjud normali ta' 18% u mhux dik ta' 5% kif sottomess mis-socjeta' appellata; u ghalhekk
(4) Tichad it-talba tas-socjeta' A ghall-kancellament tal-istejjem tal-Kummissarju appellant.
Bl-ispejjez taz-zewg istanzikontra s-socjeta' appellata.