Reference: 33/2010

Judgement Details


Date
30/11/2011
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
AHAR KEVIN vs L-AWTORITA' TAT-TURIZMU TA' MALTA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIMITAZZJONI TA PERMESS
Summary
Fl-appell odjern l-appellanti qed isostni li l-Ligi giet applikata hazin ghaliex l-appell quddiem il-Bord tal-Appell dwar it-Turizmu ma kienx dwar il-kuncett ta' diskriminazzjoni izda li l-persistenzatal-Awtorita' li tillimitalu l-permess li jpoggi l-imwejjed sal-11.00.p.m. hija wahda irragonevoli,u dan peress li jirrizulta li fil-lokalitajiet kollha msemmija, il-hwienet inghataw permess li jpoggu l-imwejjed barra sal-1.00.a.m. u huwa l-appellant biss li ma inghatax dan il-permess fuq il-pretest li kien hemm oggezzjoni da parte ta' certu Saviour Scicluna li lmenta dwar storbju minhabba daqqli kien qed isir fil-hanut tal-appellant, izda ma jirrizulta li kien hemm ebda kundanna mill-Qorti.Fil-fatt saret riferenza ghall-proceduri quddiem il-Qorti fejn inghad mill-istess Bord li jekk ikunhemm ezitu favorevoli ghall-appellant fl-istess proceduri mela allura l-istess Bord kien lest li jikkonsidra tali talba, u dan apparti li ssolecita l-Awtorita' li f'dak il-kaz l-istess Awtorita' biex tirrievalwa s-sitwazzjoni anke fid-dawl ta' dan il-fatt.

Din il-Qorti thoss li dwar il-puntjekk l-appell huwiex ammessibbli quddiem din il-Qorti ghaliex huwa fuq punt ta' dritt jew le, din il-Qorti thoss li l-appellant ghandu ragun ghaliex jidher li d-decizjoni mill-Bord inhadhet biss fuqil-bazi jekk kienx hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tal-appellant li ma ghandux jigi diskriminat, tant li l-istess Bord ghamel referenza biss ghal gurisprudenza tal-Qorti Sede Kostituzzjonali, udan ma kienx korrett ghaliex l-elementi ta' diskriminazzjoni li d-dritt fundamentali jipprotegi huwa wiehed limitat ghad-diskriminazzjoni minhabba razza, il-post ta' origini, l-opinjonijiet politici,sess u punti ohra li qatt in verita' ma kienu l-bazi tal-ilment tar-rikorrenti quddiem l-istess Awtorita' u quddiem il-Bord. Dan ifisser li l-punt ta' dritt trattat mill-Bord sabiex iddecieda l-appell quddiemu kien zbaljat, u ma kellux jigi trattat fuq il-bazi ta' diskriminazzjoni kif koncepita fil-kuntest tad-drittijiet fundamentali ta' bniedem.

Il-kaz kellu jigi trattat fuq bazi ta' kifghandu jigi ezercitat id-dritt amministrattiv ta' deskrizzjoni li l-Awtorita' tat-Turizmu ghandha sabiex tohrog licenzja tat-tip u ghall-hinijiet mitluba mill-appellant, u dan anke abbazi ta' dak espressament provdut fl-artikolu 14 tal-Kap. 409 li inter alia jaghti lill-Bord il-kompetenza li tiddeciedi jekk “id-diskrizzjoni vestita fl-Awtorita' tkun giet uzata b'mod ragonevoli”.

Jekk imbaghad din il-Qorti tezamina l-mertu, jidher li l-Awtoritajiet koncernati f'kull kaz li ssemma quddiemil-Bord ta' hwienet ohra fl-istess lokalita' jew f'lokalitajiet ta' divertiment simili dejjem laqghut-talba ghall-hrug ta' mwejjed quddiem il-lokal taghhom sas-1.00.a.m.

Jidher ghalhekk li l-unika konsiderazzjoni li l-Awtorita' jidher li kkunsidrat sabiex il-permess ghall-hrug tal-imwejjed mill-appellant ma jigix estiz ghall-1.00.a.m. kienu l-oggezzjonijiet li saru mill-imsemmi Saviour Scicluna, li fil-verita' kien oggezzjona wkoll li l-appellanti jinghata l-permess ta' hrug ta' imwejjedanke sal-11.00.p.m. (li inhareg) u jidher li dan kien l-unika resident li ghamel tali oggezzjoni, almenu hekk jirrizulta mill-process u l-atti kollha esebiti quddiem din il-Qorti.

Din il-Qortithoss li l-konsiderazzjonijiet li ghamlet l-Awtorita' li mxiet biss fuq ilmenti ta' persuna wahda sabiex tinnega lill-appellant il-permess mitlub, meta tali permess inghata lil kull min applika ghalih kienet fil-verita' irragonevoli, u dan peress li la darba l-policy tal-Awtorita' kienet li jinhargu tali permessi ghal kull min applika, mela allura t-talba tar-rikorrenti kellha tigi milqugha, salvli jigu osservati l-kundizzjonijiet l-ohra tal-istess permess, ghaliex fil-fatt jirrizulta li minflok dak li ghamlet l-Awtorita', u wkoll il-Bord tal-Appell, kien li ppenalizzaw lill-appellant bir-rifjut ghal tali permess ta' estensjoni ta' hin ghall-hrug ta' imwejjed sas-1.00.a.m. biss fuq allegazzjoni da parte ta' persuna wahda, liema allegazzjoni baqghet bhala tali ghaliex qatt ma giet ippruvata quddiem organu kompetenti jew Qorti.

Din il-Qorti thoss li f'dan il-kaz il-Bord ma zguraxli d-disposizzjonijiet tal-Att dwar s-Servizzi tal-Ivvjaggar u tat-Turizmu jew ta' xi ligi ohra applikabbli jkunu gew implimentati jew applikati sew u li “d-diskrezzjoni vestita fl-Awtorita' tkun gietuzata b'mod ragonevoli” kollox kif provdut fl-artikolu 14 tal-Kap. 408, u mill-fattispecie tal-kazjirrizulta li l-istess Awtorita' uzat id-diskrezzjoni taghha ghar-rifjut ta' tali permess mitlub mill-appellant, mertu tal-appell odjern, b'mod irragonevoli, u dan ghaliex jidher li tat importanza determinanti u vitali ghal dawk li huma semplici allegazzjonijiet vantati dejjem minn persuna wahda kontra l-appellant, meta ma kienx hemm raguni ghaliex dan ghandu jsir, iktar u iktar meta l-appellant qatt ma kellu l-permess mitlub minnu, kif kellhom kull persuna li applikat, u meta jirrizulta li danhuwa l-unika kaz fejn permess ta' dan it-tip ma inghatax lill-persuna li talbitu, u fejn jirrizultamill-atti processwali li qatt ma kien hemm (u lanqas jista' jkun hemm sakemm jinhareg) lanqas kundanna gudizzjarja fil-konfront tal-appellant fuq il-permess mertu tat-talba tieghu.

Ghaldaqstant l-appell odjern qed jigi milqugh fis-sens li d-decizjoni tal-Bord tal-Appell dwar it-Turizmu qedtigi mhassra u kancellata ghall-finijiet u effetti kollha tal-Ligi, u ghalhekk tibghat l-atti kollhalill-Awtorita' kompetenti sabiex a bazi ta' din id-decizjoni u dak miltub mill-appellant tagixxi skont il-ligi fil-konfront tal-appellanti in vista tal-permess mitlub minnu sabiex jkun jista' jzomm l-imwejjed u siggijiet barra l-lokal tieghu “Conquest Bar” sas-1.00.a.m kif mitlub.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info