Reference: 2661/2000/1

Judgement Details


Date
14/02/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SM CABLES LTD vs MONACO CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, GURISDIZZJONI DWAR L-AGIR TA` KULL TRIBUNAL KWAZI-GUDIZZJARJU JEW MAHLUQ STATUTORJAMENT - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, GURISDIZZJONI ESKLUSSIVA TA` - TRIBUNAL INDUSTRIJALI, POTERI TA` REVIZJONI TAL-QRATI ORDINARJI
Summary
Il-Qrati ordinarji ghandhom gurisdizzjoni generali biex jistharrgu l-imgiba ta' kull tribunal kwazi-gudizzjarju jew mahluq statutorjament. Fi stat ta' dritt, hadd mhu mehlus mir-rabta li jimxi kif tridu il-ligi, u jekk issir xilja li dik il-persuna ma mxietx skond il-ligi, huma l-Qrati li ghandhomis-setgha li jqisu l-ilment u li jaghtu r-rimedju, jekk ikun il-kaz.

Minbarra kwestjonijiet li jmissu allegazzjonijiet ta' ksur ta' jeddijiet fundamentali mharsin bil-Kostituzzjoni, il-gurisdizzjoni li l-Qrati ghandhom hija limitata ghas-setgha li jissindakaw il-hidma u l-ghamil tat-TribunalIndustrijali: (a) biex jizguraw li dan ma jkunx mar lil hinn mis-setghat moghtijin lilu bil-ligi libis-sahha taghha gie mwaqqaf u li tahtha jinsab regolat (jigifieri, l-Att XXX tal-1976); (b) biexjaraw li, tkun xi tkun il-procedura li jkun segwa, jkun hares li jsir haqq skond il-meriti sostantivi tal-kaz migjub quddiemu u dan b'harsien tar-regoli tal-gustizzja naturali; u (c) biex jaraw li s-sentenza jew id-decizjoni li jkun ta ma tkun bl-ebda mod kontra xi ligi miktuba jew kontra xi att lijkollu s-sahha ta' ligi dwar kundizzjonijiet maghrufa tal-impieg.

Biex il-gurisdizzjoni esklussiva tat-Tribunal tigi disturbata, irid tabilfors jirrizulta lill-Qorti li qeghda tindaga l-operattal-istess Tribunal li, fil-fatt, ikun sehh xi ksur ta' mqar wiehed mit-tliet oqsma ta' stharrig hawn fuq imsemmija.

Tali stharrig ma jistax iservi bhala ezercizzju ta' appell biex jiftah mill-gdid il-mertu tal-kontroversja maqtugha fit-Tribunal , izda hija wahda li giet imfissra bhala "funzjoni ta' kassazzjoni" dwar l-operat ta' dak l-istess Tribunal.

Is-siwi tar-ragunament maghmulmit-Tribunal biex jasal ghad-decizjoni tieghu ma jistax jigi meqjus mill-Qrati fl-ezercizzju taghhata' stharrig dwar l-operat tal-istess Tribunal, sakemm dak ir-ragunament ma jurix bic-car li jkun qed jikser xi wahda mit-tliet oqsma li fihom il-Qorti ghandha s-setgha li tindaga

L-applikazzjoni hazina tal-ligi m'hijiex wahda mill-oqsma ta' stharrig li dwarhom id-decizjonijiet tat-Tribunaljistghu jigu mhassrin. Ghalkemm din ir-raguni tista' tkun wahda mill-oqsma ta' stharrig gudizzjarju maghrufin fid-dritt amministrattiv, m'hijiex applikabbli bhala raguni fiha nfisha ta' stharrig gudizzjarju tal-operat tat-Tribunal Industrijali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info