Reference: 38/1996/1

Judgement Details


Date
25/01/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A.
Parties
SUMMIT DEVELOPMENT CO LTD vs ZAMMIT IVAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PAGAMENT TA XOGHOL TA TIKHIL, KISI U ZEBGHA F FOND
Summary
Il-vertenza hi dwar kont fis-somma bilancjali ta' Lm250 mitlub mill-appellat minghand l-intimat appellant ghal xoghol ta' tikhil, kisi u zebgha f'fond bin-numru 86/2, Triq it-Torri, Sliema. Il-konvenut appellant kien eccepixxa li x-xoghol ma sarx skont l-arti u s-sengha.

L-Ewwel Qorti hatretespert tekniku li kkonkluda kjarament li ma kienx irrizultalu dak li gie eccepit min-naha konvenutau li l-ammont bilancjali, kif mitlub, kien dovut. Dik il-Qorti kkonfermat il-konkluzzjonijiet peritali raggunti mill-perit arkitett u ziedet ukoll tghid li l-appellant lanqas ressaq l-ahjar prova metagie biex iressaq il-prova dwar l-allegazzjoni ta' xoghol hazin.

Fir-rikors tal-appell tieghul-appellant jargumenta li bix-xhieda prodotti minnu hemm provi sufficjenti li juru li x-xoghol kienwiehed difettuz. L-ewwel Qorti, wara li kkonsidrat l-istess xhieda waslet ghal decizjoni kuntrarjau tal-istess fehma hija wkoll din il-Qorti.

Ghalkemm huwa minnu li minkejja dak li jkun gie kkostatat u konkluz f'relazzjoni peritali, il-gudikant xorta wahda jista' jiddeciedi mod iehor billi jistrieh fuq provi jew indizji ohrajn. Izda f'dan il-kaz jidher li r-relatur ezamina l-provi kollha b'mod approfondit u ma hemm xejn x'jissuggerixxi li l-istess konkluzzjonjiet ghadhom jigu rigettati u mibdulin. Trattandosi mbaghad ta' punti ta' natura teknika marbutin mas-sengha tal-bini, il-forza probatorja tal-perizja hija magguri ghal dak li jirrigwarda l-aspetti teknici tal-vertenza. Kien jidher car li l-appellant, bniedem mhux tekniku, ikkonfonda xoghol ta' tikhil ma' dak ta' kisi. Dan tal-ahhar kien jiswa aktar. Il-ftehim ta' appalt kien wiehed ta' tikhil li ma jaghtix l-istess rizultat bhal dak ottenut li kieku si trattava ta' xoghol ta' kisi. Dan ma jfissirx li x-xoghol sar hazin.

Kuntrarjament ghal dak li gie argumentat mill-appellant, “il-provi prodotti juru li l-kawza ta' l-ilmenti tal-konvenut kienet fil-fatt l-imperizja tieghu fix-xoghol tal-gebel li geghlitujippretendi li t-tikhil ghandu jipproduci l-istess rizultat tal-kisi”. Din il-Qorti ma hijiex tal-fehma li l-aggravji tal-appellant huma gustifikati la fil-fatt u lanqas fid-dritt.

Ghaldaqstant din il-Qorti tal-Appell tiddeciedi billi filwaqt li tikkonferma s-sentenza appellata fil-kawza fl-ismijiet premessi moghtija mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) fis-26 ta' Jannar, 2001, tichad l-appell tal-konvenut bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info