eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 567/1996/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
15/01/2002
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
MIZZI MAURICE vs L-AVUKAT GENERALI, BORG SHARON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
MIZZI MAURICE vs L-AVUKAT GENERALI - 567/1996/1 - KOSTITUZZJONALI, MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN IR-REALTA` BIOLOGIKA U SOCJALI DWAR PATERNITA` U L-INTERESS TAL-WILD, L-IDENTITA` TAN-NUKLEJU FAMILJARI U L-ISTABILITA` TAS-SOCJETA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT FONDAMENTALI GHAR-RISPETT TAL-HAJJA PRIVATA - DENEGATA PATERNITA`
Fil-Qosor
L-Artikolu 70 tal-Kodici Civili indubbjament ipoggi numru ta` restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' azzjoni tar-ragel sabiex ikun jista` jezercita azzjoni ta` denegata paternita`. Il-kwistjoni fondamentali hija jekk dawn ir-restrizzjonijiet kienux legittimi u kienux necessarji f`socjeta` demokratika ghall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta` haddiehor ai termini tal-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni Ewropeja, jew le.
Fi kliem iehor il-Qorti kellha tara kemm jekk kienx hemm bilanc xieraq bejn l-interess tar-ragel li certament kellu d-dritt li jkun jaf jekk kienx il-missier jew le tat-tarbija u li wkoll jirregola l-hajja familjari tieghu skond dak it-taghrif u l-interess tat-tarbija litgawdi c-certezza ta' l-istat civili taghha kif kienet maghrufa u mrobbija, sew jekk dak l-istat kien wiehed ta' legittimita' sew jekk kien stat ta' illegittimita'.
Il-massima li r-rispett ghall-family life jesigi illi r-realta' biologika u socjali tipprevali fuq il-presunzjoni legali, ma tistax titqies illi kienet pacifika u universalment accettata. Barra minn hekk minkejja li tali massima, kellha indubbjament sinifikat notevoli bhala element vitali ta' l-azzjoni tad-denegata paternita', kellha pero' tigi meqjusa u valutata fid-dawl ta' principji u valuri daqstant validi bhal ma kienu l-interess tal-wild, l-identita' tan-nukleju familjari u l-istabilita' tas-socjeta'.
Dawn il-principji tal-ahhar jikkonvalidaw id-dritt ta' l-Istat li jimponi certi limiti fuq l-ezercizzju ta' l-azzjoni ta' denegata paternita'. Dan hu mill-Qorti Ewropeja imholli fl-hekk imsejjah "margin ofappreciation" ta' l-istat konvenut.
Il-Qorti Kostituzzjonali setghet biss tintervjeni jekk dak il-bilanc jirrizultalha li jkun manifestament u gravement disturbat b'mod li jwassal ghal-lezjoni tal-jedd fondamentali ta' l-individwu, f'dan il-kaz tar-ragel ta' omm it-tarbija. Lezjoni li setghet tirrizulta minn certi cirkostanzi fosthom il-verifika jekk il-limitazzjonijiet li l-ligi tpoggifuqu fl-ezercizzju ta' dritt ta' denegata paternita', kienux necessarji f'socjeta' demokratika ghall-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta' ohrajn kif ukoll jekk kienx diskriminat fil-konfrontta' min seta' bil-ligi jipproponi l-azzjoni ghar-ricerka tal-paternita u dana bla ebda limitu ta' zmien li jestingwi tali azzjoni.
F`dan il-kaz pero` l-azzjoni ma gietx proposta f'dawn it-termini u s-sentenza appellata ma indirizzatx il-mertu minn din l-ottika u konsegwentement id-decizjoni ta' l-Ewwel Qorti ma setghetx tkun sostnuta.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta