Referenza: 77/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/01/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
MUSCAT VITTORINA vs DALLI SAVIOUR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, DRITT TA` CESSJONI U SULLOKAZZJONI DISPONIBBLI EX LEGE SAKEMM MHUX ESKLUZI MILL-PARTIJIET
Fil-Qosor
L-artikolu 1614 tal-Kodici Civili jipprovdi illi l-kerrej ghandu jedd li jissulloka l-haga jew li jcedi l-kirja taghha "meta din is-setgha ma tkunx giet lilu mnehhija fil-kuntratt". Is-subinciz 2 tal-istess artikolu jipprovdi li din is-setgha tista' tigi mnehhija lilu ghal kollox jew in parti. Danifisser ukoll li tista' tigi mnehhija s-setgha li l-kerrej jissulloka fil-haga pero' dan jibqaghlud-dritt li jcedi l-kirja u vice versa. Kull eventwalita' prospettata f'din id-disposizzjoni pero' kienet timporta att espress tal-volonta' tas-sid li tnehhi lill-inkwilin s-setgha li jissulloka jew icedi. Ma kienx mehtieg permess biex il-kerrej jissulloka jew icedi. Dan id-dritt kienet ittihulu espressament il-ligi. Kien pero' mehtieg divjett espress tas-sid biex is-setgha moghtija bil-ligi lill-inkwilin tigi in toto jew in parte mnehhija. Dan iwassal ghall-konkluzjoni illi l-fatt illi fl-iskrittura ta` lokazzjoi l-inkwilin jinghata l-permess illi jissulloka l-fond lilu lokat fiz-zmien originali tal-koncessjoni lokatizja moghti fl-iskrittura hu ghal kollox superfluwu u rrelevanti ghaliex id-dritt ta' sullokazzjoni kien inerenti fil-jedd tal-inkwilinat kif hu inerenti wkoll fih il-jeddta' cessjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni