Reference: 3639/2000/2

Judgement Details


Date
08/01/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SAMMUT DR JOSEPH vs TAT-TALJAN CO. LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, INOSSERVANZA TA` MANDAT TA` INIBIZZJONI - MANDAT TA` INIBIZZJONI, DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI - MANDAT TA` INIBIZZJONI, RIKORS GHAR-REINTEGRAZZJONI - RES JUDICATA, EADEM CAUSA PETENDI - RES JUDICATA, EADEM RES - RES JUDICATA, ELEMENTI TA`
Summary
Sabiex ikun hemm res iudicata huwa necessarju li jkun hemm il-konkorrenza ta` eadem personae, eademres u eadem causa petendi.

Mill-interpretazzjoni li jaghtu d-diversi awturi ta' kif ghandha tigi determinata l-identita` ta' l-oggett (eadem res) jidher illi l-ahjar mod hu li tezamina jekk il-kwistjoni mqajma fit-tieni talba gietx jew le deciza minn sentenza li tkun ghaddiet in gudikat. Illighalhekk, wiehed irid jara jekk il-punt imqajjem fit-tieni talba giex determinat mis-sentenza l-ohra jew jekk baqax irrisolt. Illi jekk il-kwistjoni tkun giet diskussa u deciza, allura jkun hemm l-identita` ta' l-oggett.

Ghal dak li jirrigwarda l-"eadem causa petendi" irid jigi ppruvat li l-kawzali kontenuta fit-talba l-gdida hi fondata fuq l-istess fatt guridiku li kien jifforma l-bazi tat-talba precedenti, li giet determinata b'sentenza li ghaddiet in gudikat.

Sabiex tapplikal-eccezzjoni ta' 'res judicata' jrid ikun hemm decizjoni finali fuq l-istess meritu medesimu propostfil-kawza li tkun qed tigi trattata.

L-artikolu 873 (4) tal-Kap 12 jipprovdi li jekk jigi ppruvat permezz ta' rikors ghas-sodisfazzjoni tal-qorti li wara l-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni l-persuna inibita issoktat fix-xoghol jew hatt bi ksur ta' l-ordni tal-qorti, il-qorti ghandha, minghajrpregudizzju ghal kull azzjoni lilha kompetenti, fuq talba tar-rikorrent, tikkundanna lill-persuna li kontriha jkun inhareg il-mandat sabiex tirrimedja dak li ntghamel bi ksur tieghu u fin-nuqqas tawtorizza lir-rikorrenti li jaghmel dawk ix-xoghlijiet kollha rimedjali li l-qorti tista' tordnalu jaghmel bi spejjez tal-persuna inibita

Dan is-subartikolu huwa intiz sabiex jassigura li l-ordnijiet tal-Qorti jigu rispettati u jipprovdi rimedju ghal kull tip ta' ordni ta' inibizzjoni anke ghall-inibizzjonijiet ta' xorta ohra minn dawk ta' hatt jew xoghlijiet tal-bini, meta l-persuna ordnata biex tieqaf mix-xoghol jew tiddesisti milli taghmel xi haga tinjora din l-ordni u tissokta fl-eghmiltaghha kontra l-ordni specifika tal-Qorti u dan pero` bl-iskop specifiku li tigi rispettata l-istatus quo li kienet tezisti fil-mument tal-hrug tal-mandat ta' inibizzjoni bejn il-partijiet pendenti l-ezitu tal-kwistjoni fil-mertu. Il-proceduri taht dan is-subartikolu huma differenti minn dawk ghal disprezz li fin-natura taghhom huma ta` indole penali u huma intizi sabiex tigi zgurata u mharsa l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja.

L-iskop tal-Artikolu 873(4) huwa li x-xoghol li jkun sarmill-intimat wara l-hrug ta' mandat ta' inibizzjoni, jigi rrimedjat fis-sens, li kollox jingab lurafil-posizzjoni originali li kienet tezisti waqt il-hrug tal-istess mandat u n-notifika tieghu lill-persuna li tkun diretta lejha l-istess ordni.

Dan is-subartikolu ma jistax jintuza sabiex ir-rikorrent effettivament iwaqqaf l-agir purche' illegali tal-intimat minflok sempliciment jassigura lil-posizzjoni tigi re-integrata ghall-mument meta inhareg il-mandat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info