Reference: 26/2010

Judgement Details


Date
05/05/2011
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ABDILLA MARVIN vs ENGINEERING FOR SCIENCE AND INDUSTRY MALTA LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TKECCIJA NGUSTA
Summary
L-appellant kien allega li kien tkecca ingustament ghaliex huwa kien spicca fuq bazi ta' redundancybbazata fuq nuqqas ta' xoghol, izda huwa jsostni li dan ma kienx il-kaz, u li persuni li gew impjegati warajh baqghu jahdmu mas-socjeta' u wkoll gew impjegati persuni ohra bhala part-time.

Is-socjeta' appellata sostniet li l-appellant tkecca minhabba redundancy u dan ghaliex kien impjegat assistent electrician mas-socjeta' appellata sabiex jaghmel servizzi ta' ingenerija sakemm jinfetah l-Isptar Mater Dei, u allura meta gie fi tmiemu dan il-kuntratt, ma kienx hemm xoghol izjed ghalih u ghal impjegati bhalu, u la darba ma kienx hemm xoghol iehor ghall-istess, intemm l-impjieg tieghu flimkien ma' dak ta' ohrajn.

It-Tribunal Industrijali (it-Tribunal) ddecieda li l-kumpanija allegat li kien hemm raguni tajba ta' terminazzjoni ta' impjieg inkluz dik ta' redundancy, u peress li l-impjieg tal-appellant mas-socjeta' appellata kien limitat ghal xoghol ta' installazzjoni ta' servizzi elettrici u elettronici fl-Isptar Mater Dei, dan kien limitat fi spazju u terminu u allura la darba dan spicca, ma kienx hemm xoghol ghall-appellat. Dwar il-principju ta' “last in first out” jirrrizulta li mid-dokumentazzjoni relattiva tal-ETC, is-socjeta' intimata mxiet fedelment mad-doveri taghhom f'dan ir-rigward u allura dan il-principju gie osservat. Ikkonkludiet li l-appellant iddahhal sabiex jahdem biss fuq dan il-progett u allura la darba dan intemm, l-impjieg tieghu kellu jigi terminat.

L-aggravji fl-appell odjern huma li (1) kien hemm nuqqas ta' smigh xieraq ghaliex it-Tribunal Industrijali skarta ghal kollox il-provi mressqa mill-appellanti konsistenti f'dokumenti tal-ETC u ohrajn li juru li kien hemm lista shiha ta' persuni li gew impjegati wara l-appellanti u li spiccaw mill-impjieg wara l-appellanti; (2) gie inkorrettament ritenut fl-istess decizjoni li l-appellant kellu x-xoghol relatat biss mal-kuntratt li s-socjeta' appellata kellha fl-isptar Mater Dei, metaklawsola 13 tal-kuntratt ta' impjieg tipprovdi differenti; (3) il-kuncett ta' redundancy gie decizzbaljatament ghaliex il-principju ta' “last in first out” ma giex applikat sew; (4) fis-sentenza jinghad li s-socjeta' appellata kienet allegat li r-raguni ghat-terminazzjoni ta' impjieg kienet wahdagustifika u dan ghar-ragunijiet inkluz ta' redundancy. In vista ta' din l-affermazzjoni mela allural-istess Tribunal kellu jindaga x'inhi din r-raguni oltre dik ta' redundancy, haga li l-istess Tribunal ma ghamilx; (5) Ma kienx hemm redundancy vera ghaliex fil-fatt ix-xoghol li kien jaghmel huwa beda jaghmlu haddiehor li beda jahdem warajh u li gew ingaggati impjegati ohrajn wara l-appellant.

Din il-Qorti tal-Appell thoss li fid-dawl tal-aggravji sollevati mill-appellanti, it-TribunalIndustrijali meta ta d-decizjoni tieghu, u specifikatament meta kkonsidra l-kwistjoni ta' redundancy, ma kkonsidrax kif kellu jaghmel il-provi, anke dokumentarji mressqa mill-appellanti odjern u dan ghaliex mill-istess dokumenti jirrizulta palezament li diversi persuni li kienu bdew jahdmu mal-istess socjeta' appellata wara li beda jahdem maghhom l-appellant, gew fil-fatt mizmuma fl-impjieg taghhom mill-istess socjeta' appellata, uhud minnhom billi inghataw deskrizzjoni ohra tal-impjieg taghhom.

Din il-Qorti thoss li dan huwa kaz fejn sfortunatament it-Tribunal ma ezaminax sew l-proviprodotti quddiemu, fosthom dawk dokumentarji, inkluzi dawk indikati fir-rikors tal-appell u f'din is-sentenza, dokumenti li juru bic-car li l-principju li jsegwi l-kuncett ta' redundancy f'dan il-kazma giex segwit ghaliex persuni li kienu dahhlu jahdmu wara l-appellanti fl-istess tip ta' xoghol baqaw jahdmu mas-socjeta' appellata wara t-terminazzjoni ta' impjieg tal-appellanti u dan irrizulta b'mod mill-iktar palez, izda minkejja dan it-Tribunal wasal ghad-decizjoni tieghu, minghajr ma rreferaspecifikatament ghal xi dokument esebit quddiemu u li fil-fatt jindikaw car li l-fatti kienu differenti u li l-principju ta' “last in first out” ma giex segwit u dan fil-kaz ta' numru ta' impjegati, nkluzi dawk identifikati mill-appellanti fix-xhieda u osservazzjonijiet taghhom quddiem it-Tribunal.Dan il-principju fil-kaz ta' redundancy huwa llum rikonoxxut fil-ligi kif jirrizulta mill-artikolu 36 (4) tal-Kap. 452.

Din il-Qorti mhux normali li tiddisturba l-apprezzament ta' provi li jkunghamel it-Tribunal, izda dan japplika biss fil-kaz li din il-Qorti tara li t-Tribunal ikun ha konjizzjoni tal-fatti kollha quddiemu u tas-sottomissjonijiet kollha taz-zewg partijiet u jkun ezamina l-istess b'mod li kkonsidra l-istess u immotiva sew id-decizjoni tieghu fuq dak kollu propost quddiemu, inkwantu relevanti ghall kaz, u b'hekk ikun il-kaz li t-Tribunal ikun legalment jista' jasal ghall-konkluzjoni li fil-fatt wasal ghaliha fid-decizjoni minnu moghtija ghaliex tkun hekk sorretta mill-provi.

F'dan il-kaz ma jidhirx li sar hekk, ghaliex il-provi prodotti u dokumentarji juru lifil-fatt kien hemm xoghol ghall-istess appellanti proprju fit-terminazzjoni tieghu tal-impjieg minhabba allegata redundancy, tant li haddiema li kellhom l-istess diskrezzjoni ta' xoghol bhalu, u li kienu jahdmu bhalu fuq l-istess xoghol, gew mizmuma jahdmu mal-istess socjeta' appellata anke sallum,u dan billi ftit qabel ma tkecca l-appellant ziedu d-deskrizzjoni tan-natura tax-xoghol taghhom sabiex tinkludi dik ta' manutenzjoni wkoll, haga li setghet issir fil-kaz tal-appellanti wkoll, tant lima jirrizultax li b'xi mod is-socjeta' appellata ndikat, u wisq inqas ippruvat, li dan ma setghax issir fil-konfront tal-appellanti odjern ukoll u dan fuq kollox meta l-appellant kien impjegat qabell-ohrajn mas-socjeta' appellata.

It-tieni aggravju huwa wkoll ben fondat ghaliex ma hijiex korretta l-asserzjoni li ghamel it-Tribunal li l-impjieg tal-appellanti mas-socjeta' appellata kien ristrett ghax-xoghol u l-kuntratt tal-Isptar Mater Dei, anke jekk illum jirrizulta li fil-fatt l-istess socjeta' appellata jidher li ghad ghandha kuntratt ta' xoghol iehor fl-Isptar Mater Dei.

Dwar it-tielet aggravju l-principju ta' “first in last out” ma giex osservat f'dan il-kaz u allura dan l-aggravju qed jigi milqugh ukoll.

Dwar ir-raba aggravju jidher li sfortunatament metat-Tribunal sostna li “r-raguni tat-terminazzjoni ta' impjieg kienet wahda gustifikata u dan ghar-ragunijiet inkluz dik ta' redundancy” jidher li tali frazi ma hijiex idonea u lanqas korretta, peress li l-unika bazi li fuqha giet missielta din il-pendenza kienet dik ta' redundancy.

Dwar il-hames aggravju jirrizulta li effettivament is-socjeta' intimata uzat fil-konfront tal-appellant l-pretest ta' redundancy, ghaliex fil-verita' kif kellha xoghol ghal persuni ingaggati bhalu li izda dahhlu jahdmu warajh, kellha allura fejn izomm fl-impjieg tieghu qabel kollox lill-istess appellanti b'dan ghalhekk li f'dan il-kaz ma jistax jinghad li x-xoghol bhal dak li kien jipprovdi l-appellant ma kienx hemm izjed bzonnu.

L-allegazzjoni li vera kien hemm redundancy u li f'dan il-kaz gie osservat il-principju li jirregola l-istess u cjoe' li tali nuqqas ta' xoghol jigi pruvat u li t-terminazzjoni ta' impjieg ta' “first in last out” gie osservat, kien oneru tas-socjeta' appellata li tipprova, izda dan ma giex ippruvat minnha, anzi l-appellanti irnexxielu jipprova li intuza l-pretest ta' redundancy sabiex jigi terminat l-impjieg tieghu u ghalhekk it-terminazzjoni ta' impjieg tieghu kienet ingusta u mhux skont il-ligi u ghalhekk l-appell gie milqugh u d-decizjoni tat-Tribunal Industrijali giet revokata b'dan li din il-Qorti tal-Appell qed tilqa' l-aggravji kollha tal-appellanti u tiddeciedi u tiddikjara li t-tkeccija tal-appellanti kienet wahda ingusta u mhux skont il-ligi, filwaqt li tirrinvija l-atti lura lit-Tribunal Industrijali biex dan jiffissa l-kwantum tal-kumpens dovutlill-appellanti ghat-tkeccija tieghu mill-impjieg minghajr gusta kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info