Referenza: 1733/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/01/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
ABELA JOSEPH vs CASSAR FRANCIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, DEKORRENZA TAL-PRESKRIZZJONI F`KAZ TA` DANNI STRUTTURALI - DANNI, MINN META TIBDA TIDDEKORRI L-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, CONTRA NON VALENTEM AGERE NON CURRIT PRESCRIPTIO - PRESKRIZZJONI, DEKORRENZA F`KAZ TA` DANNI STRUTTURALI - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - PRESKRIZZJONI, MIN JISTA` JIRRINUNZJA L-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN - PRESKRIZZJONI, RINUNZJA GHAL
Fil-Qosor
Meta d-debitur jirrikonoxxi d-dejn wara li l-preskrizzjoni tkun gja' kompjuta allura dan l-att jgibmieghu rinunzja ghall-istess preskrizzjoni u din bhal fil-kaz ta' interruzzjoni tkun tista' terga' tibda mixja mill-gdid. Gie wkoll ritenut illi r-rinunzja ghall-preskrizzjoni hija aljenazzjoni favuril-kreditur tad-dritt akkwistat mid-debitur. F'kaz fejn it-terminu preskrittiv ikun gja' iddekorrawiehed ma setax jitkellem strettament minn interruzzjoni ta' perjodu preskrittiv imma ta' rinunzjaghall-perjodu preskrittiv gja' akkwistat. Fil-konfront tad-debitur l-effetti prattici jkunu tista'tghid l-istess.

Kemm l-interruzzjoni tal-perjodu preskrittiv li jkun ghadu qed jiddekorri kifukoll ir-rinunzja ghad-dritt akkwistat bl-estinzjoni tal-preskrizzjoni wara d-dekors tal-perjodu, jimportaw biss stadju fir-relazzjonijiet bejn il-kreditur u d-debitur u mhux bejn il-kreditur u terzi. Huwa biss id-debitur li jista` jinterrompi l-perjodu preskrittiv ghaliex kien biss kontra tieghuli kien qieghed jiddekorri. Kien ukoll biss id-debitur li seta' jirrinunzja ghad-dritt li kien akkwista bid-dekorriment tal-perjodu preskrittiv kontra l-kreditur tieghu ghaliex kien biss hu u mhux it-terz li kien akkwista jedd li seta' jirrinunzja ghalih.

F'materja ta' perkolazzjoni ta' ilmau umdita' fejn il-hsara timmanifesta ruhha ferm bil-mod ma kienx facli biex wiehed jistabbilixxi meta effettivament id-danneggjat seta' japprezza l-gravita' tal-problema u f'kull kaz f'sitwazzjoni bhal din id-decizjoni tal-Qorti kellha tiffavorixxi lill-persuna kontra min tkun qieghda tiddekorri l-preskrizzjoni. Dan ukoll anke bl-applikazzjoni tal-principju "contra non valentem agere non curritprescriptio.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni