Referenza: 248/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/01/2002
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
GAUCI MICHAEL CHARLES vs VELLA ALFRED PRO ET NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, AMMINISTRATUR GENERALI MA JISTA` QATT JAKKWISTA XI FORMA TA` TITOLU - MANDAT, REVOKABILITA` HIJA KWALITA` ESSENZJALI - MANDAT, TERMINAZZJONI BIL-MEWT TAL-MANDANT
Fil-Qosor
Il-hatra ta' amministratur generali necessarjament timplika mandat. Il-persuna mahtura bhala amministratur qatt ma tamministra hwejjigha, imma tamministra l-hwejjeg ta' haddiehor. Il-mandatarju ma jagixxi qatt f'ismu imma jagixxi dejjem f'kull cirkostanza f'isem il-mandanti tieghu u fit-termini tal-mandat lilu fdat. Dan bilfors iwassal ghall-konkluzzjoni inevitabbli li amministratur generali qua mandatarju ma seta' qatt jasal biex jassumi t-titolu li kien propju tal-mandanti tieghu. Ma seta' qatt jaspira u jippretendi li hu l-licensee tal-fond li kien fdat biex jamministra li l-kera ghaddiet fuq ismu jew li s-sid, f'dan il-kaz il-Gvern Civili, kellu xi obbligu li jirrikonoxxih.

Il-fatt imbaghad li l-mandant jintrabat li l-prokura lill-amministratur generali tkun wahda irrevokabbli ma setghetx tigi interpretata illi l-mandanti ma setghax jirrevoka l-prokura ghax dak imur kontra l-kelma u l-ispirtu tal-ligi. Ifisser biss li jekk il-mandant jaghzel li jirrevoka l-mandat, nonostante li jkun ta prokura ta' amministrazzjoni generali irrevokabbli, hu jkun passibbli ghad-danni jekk jirrizulta li tali revoka tkun saret bla gusta kawza. L-irrevokabilita' ta' mandat bonarjamentkonvenut u liberament accettat mill-mandant, kienet biss torbot sakemm il-mandatarju jagixxi fit-termini tal-mandat tieghu u skond il-ligi. Hu mbaghad principju bazilari ta' dritt li kull mandat jispicca bl-mewt tal-mandant jew tal-mandatarju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni