Summary
F'din il-kawza, ir-rikorrent qed jilmenta mill-fatt li wara l-esproprju mill-Gvern tal-proprjeta' tieghu fi Triq il-Wied, Msida, u thallas il-kumpens, hu kellu jhallas capital gains tax, u dan metahu ma bieghx il-proprjeta' minn jeddu u bi hsieb li jaghmel qligh, izda ghax gie mgieghel jaghmel hekk mill-awtorita' kompetenti. Hu jilmenta l-aktar mill-fatt li fil-waqt li l-proprjeta' esproprjataqabel il-25 ta' Novembru 1992, hi ezenta mill-hlas ta' taxxa fuq il-qligh kapitali meta jsir it-trasferiment, din l-ezenzjoni, skond il-ligi, ma tapplikax ghal dawk il-proprjetajiet li ttiehdu mill-Gvern wara l-imsemmija data, kif gara f'dan il-kaz. Hu jilmenta li dan il-provvediment tal-ligi hu wiehed diskriminatorju.
Din il-Qorti ma taqbilx mal-argumenti tar-rikorrenti.
Il-Gvern ghandu kull dritt jibdel il-policy ekonomika tieghu u jimponi u jbiddel it-taxxa skond l-esigenzi tal-pajjiz. F'dan il-kaz, ir-regola kienet li meta l-Gvern jesproprja proprjeta' u jsir trasferiment forzuz tal-istess, ma tithallas ebda taxxa fuq il-qligh, jigifieri fuq id-differenza bejn il-prezz tal-akkwist originali, u l-prezz tat-trasferiment.
Wara xi zmien, il-Gvern iddecieda li dan il-qligh ghandu jigi intaxxat, u l-artikolu 5 tal-att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123 tal-Ligijiet ta' Malta), fil-fatt, jippreskrivi hlas ta' taxxa fuq qligh jew profitt li jinqala' mit-trasferiment ta' proprjeta'. Il-ligi tippreskrivi li jsir dan il-hlas fuq kull trasferiment ta' proprjeta', li tinkludi kull assenjament, bejgh jew donazzjoni, minghajr distinzjoni. L-artikolu 5(5)(d) jghid li dan il-hlas m'ghandux isir:
meta l-proprjeta' tkun ittiehdet mill-Gvern u l-President ta'Malta jkun hareg dikjarazzjoni dwar hekk skond l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet ghal Skopijiet Pubblici qabel il-25 ta' Novembru, 1992;
Fid-determinazzjoni ta' din id-data, din il-Qortima tara xejn diskriminatorju ghax hu ovvju li meta tigi imposta xi taxxa jrid ikun hemm cut-off point, jew ahjar, data minn meta tkun applikabbli dik it-taxxa.
F'dan il-kaz, ir-rikorrenti mauriex li hu gie trattat b'mod differenti minn ohrajn f'sitwazzjoni analoga. Fissazzjoni ta' data minn meta jibdew japplikaw certi regoli fiskali, sakemm japplikaw across the board, huma necessarjighax altrimenti nigu ghall-assurd li l-Gvern ma jistax ibiddel rati ta' taxxa jew jimponi taxxi godda, ghax dan, necessarjament, ikun ifisser taxxi godda fejn qabel ma kienx hemm.
Irrizulta lil-legislatur ghamel ligi, izda li b'ebda mod ma kienet diskriminatorja fuq xi individwi partikolari,inkluz ir-rikorrenti. Wiehed irid izomm f'mohhu dejjem li jkun hemm ligijiet li jolqtu aktar kategorija minn ohra, bhal ma hu l-kaz ta' l-income tax bracket, capital gains, land tax, izda dan ma jwassalx ghall-konkluzjoni li jkun hemm diskriminazzjoni. Fil-kaz odjern, ir-rikorrenti, ma rnexxielhomxjaslu ghall-prova li kien hemm xi diskriminazzjoni fil-konfront taghhom.
Il-Gvern ghandu dritt, insitu fl-awtorita' tieghu, li jesproprja l-art; id-drittijiet tac-cittadin huma marbuta mal-htiega li l-esproprjazzjoni verament tkun mehtiega ghal skop pubbliku, li l-istess isir kif trid il-ligi, u li jinghata kumpens adegwat. Dawn il-kundizzjonijiet mhux qed jigu kontestati f'dan il-kaz. Ladarba hu hekk, ma jistax jinghad li gie lez id-dritt tar-rikorrenti ghall-protezzjoni tal-possedimenti tieghu. L-impozizzjoni ta' taxxa b'mod generali fuq kull qligh wara trasferiment ta' proprjeta'immobiljari, anke jekk dak it-trasferiment sar b'mod forzuz, ma jistax jitqies li jilledi d-dritt ghad-dgawdija tal-proprjeta'. It-taxxa fuq id-dhul hija odjuza, pero' ghandha tithallas fuq kull income kif trid il-ligi. L-istess dwar it-taxxa fuq qligh kapitali: kif isir dan il-qligh huwa immaterjal u la hemm profit, l-imposizzjoni ta' taxxa fuqu tista' titqies odjuza, pero', zgur mhux bi ksurtad-dritt tal-proprjeta'.
Bhala regola, l-imposizzjoni ta' taxxi mill-Gvern tohrog barra milli tkun ikkunsidrata fl-isfera tad-drittijiet tal-bniedem, hlief li gie ritenut li jekk il-Gvern johloq procedura ta' kontestazzjoni, il-Qrati jistghu jissindikaw biex jaraw li min kien ressaq kontestazzjoni, ikun inghata smigh xieraq. Aktar minn hekk, il-politika fisikali tal-pajjiz hija mhollija fid-diskrezzjoni tal-Gvern tal-gurnata, u sakemm ma ssirx xi ligi li, b'mod dirett jew indirett, hijaimmirata lejn xi hadd in partikolari, ebda kontestazzjoni ta' natura kostituzzjonali ma tista' tirnexxi.
Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mit-talbiet tar-rikorrenti billi tichad l-istess,bl-ispejjez kollha jithallsu mill-istess rikorrent.