Reference: 14/1999/2

Judgement Details


Date
27/01/2011
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ABDILLA VINCENT ET vs BONNICI ANGELIKA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
TIBDIL F RABA MQABBLA
Summary
Dan huwa appell minn decizjoni tal-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba (il-Bord) fejn giet milqugha t-talba tal-appellati ghaliex gie ritenut li saru tibdiliet materjali fir-raba' mqabbla mertu tal-azzjoni odjerna u dan dis-sens li ma ghadx baqa' linja ta' dimarkazzjoni bejn din l-ghalqa u l-ghalqa l-ohra li l-appellanti jikru minghand il-familja Saydon, b'dan li z-zewg ghelieqi gew amalgamatiu ghalhekk inghad li l-ghalqa de quo tilfet l-identita' taghha u fi kliem il-periti dan jista' johloq lok ghall-kontestazzjoni; apparti minn dan il-Bord sab li l-intimati ghalqu l-access originali lighalqa kellha minn sqaq b'dan li minflok sar access uniku minn fuq l-ghalqa l-ohra mikrija lill-intimati u gholla r-recint minn naha tal-isqaq b'dan li l-ghalqa tar-rikorrenti appellati “tilfet l-identita' taghha b'tali mod, li kif tajjeb qalu l-periti membri, tista' taghti l-lok ghal kontestazzjoni”, u dan partikolarment minhabba l-gheluq ta' passagg li kien jaghti access ghall-istess ghalqa ul-bini ta' hajt gholi li znatura l-identita' tal-ghalqa bhala appartenenti lill-appellati u issa ghandha biss access minn ghalqa ta' terzi. Ghaldaqstant il-Bord laqa` it-talba tar-rikorrenti u awtorizzawhom jirriprendu l-pussess tal-ghalqa u dan minghajr ebda kumpens dovut.

L-appell odjernsar ghaliex l-appellanti ma qablux mal-konkluzjonijiet tal-Bord fejn qalu li kontrarjament ghal dakli qal il-Bord mhux minnu li periti membri tal-Bord qablu ma` dak indikat fis-sentenza li l-ghalqa tilfet l-identita' taghha fuq il-fatt li l-unika access ghaliha huwa minn fuq ghalqa ta' terzi kif ukoll ghaliex tnehhew il-posti, ghaliex kull ma l-istess periti qalu kien biss li kien hemm access ghall-istess ghalqa minn fuq l-ghalqa ta' Saydon u ma jidhirx li kien hemm xi ghamla ta' access iehor,u li peress li ma kienx hemm linja divizorja bejn iz-zewg ghelieqi dan jista' jaghti lok ghall-kontestazzjoni.

L-apprezzament tal-fatti mill-Qorti tal-ewwel grad ma ghandux normalment jigi ddisturbat minn Qorti ta' kompetenza superjuri u ghandu jsir biss f'dawk il-kazijiet fejn ic-cirkostanzi jkunu tali illi jikkonvincu lill-Qorti ta' revizjoni illi l-apprezzament tal-Ewwel Qorti kien tant zbaljat illi altrimenti tkun ser tigi krejata ingustizzja. Dan ghaliex huwa car li l-Ewwel Qorti (jew f'dan il-kaz il-Bord tal-Kera) kellha l-opportunita` li tisma' x-xhieda viva voce u kienet f'qaghda ferm aktar favorevoli biex tifforma opinjoni objettivament korretta tal-kredibilita` o meno taghhom. Vantagg li l-Qorti tal-Appell generalment m'ghandhiex.

Applikati dawn il-principji ghall-kaz in ezami jirrizulta li sabiex wasal ghall- konstatazzjoni tieghu, il-Bord mexa mhux biss fuq dak li l-periti ivverbalizzaw fl-access izda anke fuq ix-xhieda prodotta quddiemu.

Din il-Qorti tal-Appell thoss li l-konkluzjonijiet li l-Bord wasal ghalihom huma sorretti mill-provi, nkluz il-konstatazzjonijiet tal-periti teknici, u din il-Qorti thoss li ma ghandhiex tiddisturba l-apprezzament tal-provi li ghamel il-Bord, iktar u iktar meta mill-provi prodotti, huwa seta` jasal, kif wasal, ghall-konkluzjonijiet tieghu. B'hekk dan l-aggravju qed jigi michud.

It-tieni aggravju tal-appellanti huwa fis-sens li qed jinghad li kien hemm interpretazzjoni hazina tal-ligi ghaliex bit-tibdil li sar ma tkissrux il-kondizzjonijiet lokatizji ghaliex il-fond ma biddilx b'daqshekk id-destinazzjoni tieghu. Izda anke hawn il-Qorti ma taqbilx ma' dan il-gravam ghaliex jirrizulta li bil-modifikazzjonijiet li saru fil-proprjeta' tal-appellati din tidher li tilfet l-identita' taghha, kemm ghaliex giet maghquda ma' ghalqa ohra ta' terzi li allura holoq lok ghall-kontestazzjoni sabiex tigi identifikata l-proprjeta' tal-appellati, kif ukoll peress li access indipendenti ghaliha ma baqax jezisti, tant li l-unika access li hemm ghall-istess kif ikkonstatat mill-periti, huwa minn fuq l-ghalqata' terzi (indikata bhala ta' Saydon) u dan f'ghajnejn din il-Qorti jikkostitwixxi bdil sostanzjalifl-ghalqa mqabbla ghad-dannu u/jew pregudizzju tas-sid, liema tibdil ma kienx mehtieg sabiex l-oggett lokat jitgawda, izda serva sabiex l-istess identita' tal-ghalqa in kwistjoni bhala tali giet snaturata u dan kollox fl-ambitu ta' dak kontenut fil-ligi ghaliex tali tibdiliet ma sarux bil-permess tas-sidien (artikolu 1564 tal-Kap. 16) u wkoll fid-dawl tal-gurisprudenza kostanti dwar l-istess, inkluz dik citata mill-Bord fil-kazijiet Vol. XLIX.i.263, u Vol.XLVII.i.264 fejn inghad li tali tibdilma ghandux jibdel is-sostanza tal-haga “in se stessa e nel suo assieme” u din “tibqa' impjegata skont id-destinazzjoni taghha u ma jiznaturax id-destinazzjoni tal-fond”.

F'dan il-kuntest talitibdil ma' jistax jigi konsidrat bhala wiehed semplici ta' manutenzjoni necessarji jew estensjonijiet, anzi huwa wiehed ta' certu gravita' apprezzabbli u proporzjonata li ligi trid ticcensura ghaliexbid-tibdil li sar ghamilha ferm aktar difficli ghas-sid li jipprestina l-ghalqa ghall-istat originali taghha.

Ghaldaqstant din il-Qorti tichad l-appell tal-appellanti fir-rikors taghhom u tikkonferma s-sentenza appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info