Referenza: 19/2010

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/11/2010
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
GAUCI ANTHONY vs TRANSPORT MALTA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITT FUNDAMENTALI DWAR HELSIEN MINN TRATTAMENT INUMAN U DEGRADANTI WAQT JEW IN KONNESSJONI MAX XOGHOL TIEGHU - RIMEDJU GURIDIKU ALTERNATTIV - SETGHA TA QORTI KOSTITUZZJONALI
Fil-Qosor
B'din l-azzjoni r-rikorrent qieghed jghid li garrab ksur ta' jedd fundamentali dwar helsien minn trattament inuman u degradanti waqt jew in konnessjoni max-xoghol tieghu ta' berthing assistent mal-intimata Awtorita' ghat-Trasport f'Malta. Huwa jilminta li, minhabba li gibed l-attenzjoni ta' awtoritajiet kompetenti dwar il-kundizzjonijiet li fihom intalab jahdem, TM ittratatu b'mod li jikser l-imsemmi jedd fundamentali tieghu.

Il-kriterji li jridu jitqiesu biex Qorti tal-kompetenza “kostituzzjonali” taghzel li ma twettaqx is-setghat fuq il-bazi li l-parti rikorrenti kellha rimedji ohrajn “ordinarji” huma llum il-gurnata stabiliti b'mod konsistenti mill-qrati Maltin. Meta jissemma lijkun hemm rimedju iehor xieraq, irid jintwera li dan ikun rimedju accessibbli, xieraq, effettiv u adegwat biex jindirizza l-ksur jew theddid ta' ksur lamentat. M'hemmx ghalfejn li, biex jitqies bhalaeffettiv, ir-rimedju jintwera bhala wiehed li se' jaghti lir-rikorrent success garantit, bizzejjedli jintwera li jkun wiehed li jista' jigi segwit b'mod prattiku, effettiv u effikaci. L-ezistenza li tassew ikun (jew kien) hemm rimedju alternativ xieraq trid tintwera mill-intimat li fuqu jaqa' l-piz tal-prova biex jikkonvinci lil din il-Qorti biex taghzel li ma tezercitax is-setghat taghha biextisma' l-kawza.

Il-Qorti ssib li ma nghatatx ragunijiet tajbin bizzejjed biex taghzel li ma twettaqx is-setghat specjali taghha fil-kompetenza kostituzzjonali jew konvenzjonali taghha. Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara li hija sejra twettaq is-setghat taghha kostituzzjonali u tkompli tisma' l-ilment tar-rikorrent kif imressaq fir-Rikors promotur tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni