Reference: 367/1993/1

Judgement Details


Date
09/02/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
SAMMUT JOSEPHINE ET vs AGIUS LORENZO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, EKWIPOLLENZA - CITAZZJONI, KAWZALI TA` - CITAZZJONI, KJAREZZA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA - CITAZZJONI, PARAMETRI TA` - PROVA, DAK LI JINGHAD WAQT IT-TRATTAZZJONI DA PART TAD-DIFENSURI TAL-PARTIJIET MA JAMMONTAX GHAL PROVA - PUSSESS, DI FATTO - PUSSESS, LEGALI - PUSSESS, META PERSUNA MA JKOLLIEX IL-PUSSESS FIZIKU TA` OGGETT - PUSSESS, TRAZMISSJONI CAUSA MORTIS
Summary
Il-principju li johrog mid-decizjoni tal-prim'istanza huwa li l-kawzali tad-domanda hija dik li hemmespressa fic-citazzjoni u ma tistax tigi mibdula u mhux lecitu li l-kawza tigi maqtugha fuq kawzalidifferenti minn dik espressa fic-citazzjoni.

Il-Qrati taghna accettaw biss il-kriterju ta' l-ekwipollenza fil-kazijiet fejn il-kawzali ma tkunx espressa sew fic-citazzjoni, imbaghad tirrizultamid-dokumenti jew mid-dikjarazzjonijiet fil-kaz ta' kawzali aktarx imfissra lakonikament.

Dak li jinghad mid-difensuri fit-trattazzjoni orali jew skritta ma jikkostitwixxix prova u ghalhekk il-partijiet ma jistgux fit-trattazzjoni taghhom jaghmlu provi u jgibu difizi li ma tqajjmux waqt il-kawza.

Il-Qorti tal-appell ikkonsidrat li l-artikolu 530(1) tal-Kodici Civili li jipprovdi li:"Pussess jissokta li jedd fil-persuna tas-successur b'titolu universali". Sabiex tigi stabilita t-trazmissjoni causa mortis tal-pussess irid ikun hemm prova certa, univoka u guridikament korretta illi l-persuna li tigi mill-werriet succedut verament kellu l-pussess tal-fond.

L-artikolu 524(1) tal-Kodici Civili jipprovdi li l-pussess huwa d-detensjoni ta' haga korporali jew id-tgawdija ta'jedd li taghhom tista' tinkiseb il-proprjeta' u li wiehed izomm jew jezercitah bhala tieghu nnifsu.Detenzjoni ta' haga korporali timporta kjarament il-fatt fiziku u materjali tal-pussess. Minn jallega l-pussess legali jrid jipprova xi forma ta` titolu li jaghtih dak il-pussess legali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info