Summary
Ir-rikorrent qieghed jilminta li qieghed igarrab ksur tal-jedd tieghu ghall-helsien u s-sigurta' tal-persuna, u b'mod partikolari tal-jedd tieghu li, bhala persuna mizmuma taht arrest fuq xilja li tkun wettqet reat, jingab bla dewmien quddiem Qorti jew awtorita' ohra kompetenti li jkollha setgha gudizzjarja sabiex jew tghaddih mill-process gudizzjarju fi zmien xieraq ragonevoli jew li taghtih il-beneficcju tal-helsien preventiv sakemm jasal iz-zmien ghall-process bhal dak. Marbut ma' dan, jilminta wkoll mill-ksur tal-jedd tieghu li Qorti tqis b'heffa r-ragunijiet taz-zamma tieghu taht arrestu l-legalita' ta' tali zamma.
Il-Qorti tibda l-kunsiderazzjonijiet ta' dritt marbutin mal-kaz billi tqis il-qafas ewlieni tal-jedd tal-liberta' u s-sigurta' kif imharsin fl-artikolu 5 tal-Konvenzjoni. Huwa mghallem li the overall purpose of Article 5 is to ensure that no one should be dispossessed of his liberty in an arbitrary fashion'. The essence of Article 5 is that, although the right to liberty is not an absolute one, a person must be detained only on a basis of law and thatthe law relied upon must be consistent with recognised European standards. Article 5 also safeguards the individual against the illegal deprivation of liberty contrary to Article 5 by requiring thata person in detention be provided with a remedy or remedies by which he can challenge the legalityof his detention and obtain compensation if it is not lawful.
Dan ifisser li persuna tista'tinzamm b'arrest jekk kemm-il darba jikkonkorru wahda jew izjed mic-cirkostanzi li l-ligi domestikajew il-Konvenzjoni nnifisha jistabilixxu bhala ragunijiet tajba u serji biex il-principju tal-liberta' jkun sagrifikat biz-zamma jew detenzjoni.
B' arrest ghall-finijiet tal-artikolu 5, wiehed ma jifhimx biss u tabilfors iz-zamma ta' persuna f'facilita' korrettiva jew habs. Kemm hu hekk, l-istess artikolu 5(1) jahseb ghal suriet ohrajn ta' zamma ta' persuni f'istituzzjonijiet u taht cirkostanzi li mhux tabilfors ghandhom x'jaqsmu ma' twettiq ta' reati jew procedimenti kriminali, izda li jgibu l-effett li persuna bhal dik tittehdilha l-liberta' taghha li tmur fejn trid, ghal kollox jew f'bicca.
Il-jedd ta' persuna arrestata li tinghata l-helsien mill-arrest preventiv m'huwiexwiehed assolut, imma biex dak il-jedd jiccahhad irid ikun hemm raguni jew ragunijiet tassew tajba,motivati u dikjarati b'mod car mill-Qorti li quddiemha ssir talba bhal dik. Although Article 5(3)does not guarantee an absolute right to release on bail, the possibility of demanding bail laid downthere entails for the judicial authorities the obligation to ascertain whether by means of such a guarantee the same purpose can be achieved as is aimed at by the detention on remand.
Il-qofol kollu tal-helsien mill-arrest huwa dak li jhares il-principju tal-prezunzjoni tal-innocenza tal-persuna mixlija u fl-istess waqt jaghmel tajjeb ghall-possibilita' li l-kaz kontra l-persuna mizmuma jiehu z-zmien xieraq tieghu minghajr ma jxekkel aktar minn kemm mehtieg il-jedd tal-istess persuna ghal-liberta' taghha. F'dan ir-rigward, ghalhekk, l-ghan tal-helsien mill-arrest ikun principalment dak li jizgura li l-persuna mehlusa ma tonqosx li tidher fil-kaz taghha kull meta tissejjah ghal dan.Ghalhekk, Qorti ghandha taghti l-helsien mill-arrest biss fejn tkun soddisfatta li l-prezenza tal-persuna mixlija fil-proceduri kontra taghha tkun garantita.
Il-garanzija li l-Qorti tordna bhala kundizzjoni biex jinghata l-helsien mill-arrest m'ghandhiex isservi bhala xi ghamla ta' kumpensghad-dannu mwettaq bir-reat. Fuq kollox, l-ammont tal-garanzija ghandu jkun ragonevoli, fis-sens li ghandha sservi sewwa - imma mhux aktar milli mehtieg - biex tizgura li l-persuna mixlija ma tonqosx milli tidher ghall-kawza taghha u ma tithajjarx li tghib jew tahrab. Ghalhekk, fejn l-ammont tal-garanzija jisboq dan l-ghan, jaf ikun hemm lok ghall-ksur tad-dispozizzjonijiet relattivi tal-Konvenzjoni.
L-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni jipprovdi li Kull min ikun arrestat jew detenut skondid-dispozizzjonijiet tal-paragrafu (1)(c) ta' dan l-artikolu ghandu jingieb minnufih quddiem imhallef jew funzjonarju iehor awtorizzat b'ligi biex jezercita setgha gudizzjarja u jkollu dritt ghal procedura fi zmien ragonevoli jew ghal helsien waqt pendenza tal-proceduri. Il-helsien jista' jkun taht kundizzjoni ta' garanziji biex jidher ghall-proceduri.
L-artikolu 5(1)(c) jipprovdi li Kulhadd ghandu d-dritt ghal-liberta' u ghas-sigurta' tal-persuna. Hadd ma ghandu jigi ipprivat mil-liberta' tieghu hlief fil-kazijiet li gejjin u skond il-procedura preskritta mil-ligi: ... (c) l-arrest jew detenzjoni skond il-ligi ta' persuna effettwata sabiex tigi migjuba quddiem l-awtorita' legali kompetenti fuq suspett ragonevoli li tkun ikkommettiet reat jew meta jkun meqjus ragonevolmentmehtieg biex jigi evitat li tikkommetti reat jew li tahrab wara li tkun ghamlet reat.
Il-Konvenzjoni taghraf bejn raguni u ohra ghad-detenzjoni ta' persuna. Huwa minhabba f'hekk li jrid jinghad li s-setgha ta' din il-Qorti li tqis ic-cirkostanzi tal-ghoti, c-cahda jew ir-revoka tal-liberta' provizorja hija wahda limitata fis-sens li m'ghandhiex tindahal f'dawk l-aspetti li bir-rieda espressa tal-ligi jaqghu fis-setgha mhollija f'idejn qrati ohrajn. B'hekk jigi li l-kompetenza ta' Qorti Civili fil-vesti konvenzjonali jew kostituzzjonali taghha hija limitata li tizgura li d-dritt fondamentali tal-akkuzat ghall-helsien mill-arrest preventiv (sakemm ghadhom ghaddejjin proceduri kriminali kontrih) ikun imhares u mizmum fil-limiti stabiliti mill-Kostituzzjoni jew mill-Konvenzjoni.Dan isir billi jigi assikurat li Qorti kompetenti li tqis talba ghall-helsien mill-arrest preventiv(kemm sakemm jew jekk tilqa' tali talba, kemm jekk tichadha) tkun ghamlet dan b'applikazzjoni u rispett shih tal-garanziji kostituzzjonali jew konvenzjonali. U din il-Qorti m'ghandhiex tindahal aktarfl-operat ta' Qorti bhal dik sakemm ma jkunx jidher eccess manifest fl-applikazzjoni taghha ta' dawk il-principji jew kriterji kostituzzjonali jew konvenzjonali.
Meta Qorti tigi biex tqisjekk ghandhiex tehles persuna mill-arrest, hija ghandha thares lejn dawk il-kundizzjonijiet li jistghu jwasslu biex jigi ffissat l-ammont xieraq tal-garanzija li dik il-persuna trid taghti biex tkun tista' tinheles. Ghalhekk, meta l-ligi ssemmi bhala wahda mill-kriterji il-kundizzjoni tal-imputat, mhijiex qeghda tfisser biss il-qaghda finanzjarja tieghu. Jehtieg, ghalhekk, li Qorti tqis kemm kriterji oggettivi (marbuta max-xorta u l-ghamla tar-reat u l-piena tieghu) u kif ukoll dawk suggettivi li jintrabtu mal-kundizzjoni tal-imputat (maghduda maghha, per ezempju, l-qaghda socjali tieghu,id-dipendenza tieghu fuq haddiehor, u x-xoghol tieghu jekk ikun il-kaz). Minbarra dan, tqies ukoll li meta l-Qorti tiffissa garanziji f'somom ta' flus, hija trid thares lejn il-mezzi finanzjarji tal-imputat u kif ukoll ta' dawk il-persuni li qeghdin joffru li jghinuh billi jidhlu garanti, b'mod li eqreb ma jkunu dawk il-persuni mal-imputat, aktar tkun tiswa l-garanzija billi l-imputat ihossu aktarobbligat li jhares il-kundizzjonijiet tal-helsien tieghu mill-arrest.
Il-Qorti tifhem li l-Konvenzjoni nnifisha thalli li l-ghoti ta' helsien mill-arrest preventiv ikun suggett ghal kundizzjonijiet. Kemm hu hekk, l-artikolu 5 jitkellem dwar cahda tal-liberta' u mhux dwar restrizzjonijiet.Tifhem ukoll li tali kundizzjonijiet jistghu jissarrfu f'tixlif ta' helsien shih ghall-persuna litkun hekk inhelset. Wiehed jifhem li htigijiet marbutin mat-twettiq u t-tharis tar-regoli ta' procedimenti kriminali jitolbu li l-persuna hekk mehlusa ma tithalliex temmen li dak il-helsien hu l-istess bhalma kienet tgawdi qabel ma tressqet b'arrest (ghallanqas sakemm ghadu ghaddej il-process kriminali li tahtu tinsab mixlija).
Ir-rikorrent jallega wkoll ksur tal-jedd tieghu taht l-artikolu 5(4) tal-Konvenzjoni. Jidher li dan l-ilment ir-rikorrent jibnih fuq in-nuqqas ta' heffa (speedy decision) li biha l-legalita' taz-zamma tieghu taht arrest qieghda tkun mistharrga minn qorti.
L-artikolu 5(4) tal-konvenzjoni jrid li Kull min ikun ipprivat mil-liberta' tieghu b'arrest jew detenzjoni jkollu dritt li jaghmel proceduri biex il-legalita' tad-detenzjoni tieghu tigi decizamalajr minn qorti u l-liberta' tieghu tigi ordnata jekk id-detenzjoni ma tkunx skond il-ligi.
L-artikolu 4(2) tal-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta jaghtiha s-setgha li taghti rimedji effettivi dwar kull ksur li sehh jew hemm il-bizgha li jsehh ta' xi jedd imhares fil-Konvenzjoni u li Malta rratifikat l-applikabilita' taghhom. Huwa mistenni wkoll li r-rimedju mitlub jissemma mill-parti li tkun qieghda tressaq ilment ta' ksur ta' xi jedd fundamentali taghha. Il-kwestjoni li tqum fil-kaz tal-lum hija jekk ir-rimedju specifiku mitlub mir-rikorrent - jigifieri dak tal-helsien effettiv tieghu mill-arrest - huwiex rimedju li jinghata minn din il-Qorti stess.
Il-hlas ta' kumpens huwa jedd li jinghata fuq livell domestiku ghal ksur ta' jedd imhares fil-Konvenzjoni. L-artikolu5(5) irid li kull min ikun vittma ta' arrest jew detenzjoni bi ksur tad-dispozizzjonijiet ta' danl-artikolu jkollu dritt ezegwibbli ghal kumpens. Kif mifhum fil-qafas legali xieraq tieghu, il-kumpens mahsub fl-artikolu 5(5) ma jghoddx fih il-helsien tal-persuna mizmuma b'arrest, ghaliex hemm dispozizzjonijiet ohrajn fl-artikolu 5 li jahsbu ghal dan. Generalment, wiehed jifhem l-ghoti ta' kumpens fi flus, u dan ma jzommx lill-awtoritajiet li jitolbu li l-persuna mgarrba tipprova kif ghandujkun id-danni li tghid li batiet minhabba l-ksur tal-jedd tal-helsien. F'kull kaz, ma jinghata l-ebda kumpens taht l-artikolu 5(5) jekk kemm-il darba ma jintweriex li l-persuna garrbet xi telf pekunjarju jew morali li jisthoqqlu kumpens. Fuq kollox, biex jista' jintalab kumpens taht l-artikolu 5(5) tal-Konvenzjoni, l-parti mgarrba trid turi li hija kienet arrestata jew mizmuma bi ksur ta' xi wiehed jew aktar mic-cirkostanzi msemmija fil-paragrafi l-ohrajn tal-istes artikolu.
Din il-Qorti taqta' u tiddeciedi l-kawza billi ssib: li r-rikorrenti garrab ksur tal-jedd tieghu skond l-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni, tichad t-talba tar-rikorrent safejn din trid li huwa garrab ksur tal-artikolu 5(3) dwar tmexxija b'heffa tal-proceduri li dwarhom l-istess rikorrent qieghed jinzamm arrestat utichad ukoll l-istess talba safejn ir-rikorrent jippretendi li garrab ksur tal-jedd tieghu taht l-artikolu 5(4) tal-Konvenzjoni; tordna li t-talba tar-rikorrent biex jinghata l-helsien mill-arrest preventiv titqies u tkun deciza mill-Qorti ta' kompetenza kriminali fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet ul-konkluzjonijiet milhuqa f'din is-sentenza u tordna li l-atti ta' din il-kawza u kopja ta' din is-sentenza jintbaghtu lil dik il-Qorti sabiex tkun tista' tipprovdi kif mehtieg skond it-termini taghha, filwaqt li tordna lill-intimat ihallas kumpens morali lir-rikorrent fis-somma ta' elf euro ( 1,000) minhabba l-arrest tar-rikorrent bi ksur tal-artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ghar-ragunijiet fuq imfissra.