Reference: 6/2001/1

Judgement Details


Date
09/10/2001
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
VASSALLO DR. HARRY vs ONOR. PRIM MINISTRU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 175 TAL-KAPITOLU 12 - ARTIKOLU 789 TAL-KAPITOLU 12 - ATTI GUDIZZJALI, KRITERJI GHALL-KORREZZJONI TA` - ATTI GUDIZZJALI, NULLITA` META AZZJONI LI TRID TIGI ISTITWITA B`CITAZZJONI MINFLOK TIGI ISTITWITA B`RIKORS - ATTI GUDIZZJALI, NULLITA` TA`
Summary
Huwa rikjest li atti gudizzjarji li jibdew procedimenti kontra l-Gvern jew kontra xi Awtorita` mwaqqfa bil-Kostituzzjoni (apparti l-Kummissjoni Elettorali) jew kontra xi persuna li jkollha kariga pubblika fil-kwalita' ufficjali taghha, ma jistghux jigu prezentati hlief wara li jghaddu ghaxart ijiemmin-notifika kontra l-Gvern jew dik l-awtorità jew persuna kif intqal qabel, ta' ittra ufficjali jewta' protest li fih il-pretensjoni jew it-talba tigi mfissra b'mod car.

Nuqqas ta` ottemperanza ma` dan l-Artikolu tal-Ligi jgib in-nullita` tal-att gudizzjarju. Dan il-privilegg li l-ligi taghti lill-Gvern huwa jedd li l-Gvern jista' jgawdi imma li ma jistax jirrinunzja ghalih. Dan jinghadil-ghaliex kliem il-ligi hu tant drastiku u skjett fit-tifsila tieghu, li ladarba l-ligi tghid li ebda att li bih jinbdew xi procedimenti ma jista' jigi pprezentat fin-nuqqas ta' interpellazzjoni preventiva, dan ikun ifisser sitwazzjoni fejn il-mixi 'l quddiem ta' dak il-procediment ma jkunx jiddependi mir-rieda jew mir-rinunzja tal-parti mharrka, imma mill-kostatazzjoni li trid taghmel il-Qorti biex tara li d-disposizzjonijiet tal-ligi jkunu gew imharsa.

Il-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili ta' Malta jghid li ordinarjament il-procedimenti jitmexxew b'Citazzjoni, filwaqt lijistghu jitmexxew b'rikors dawk il-proceduri li huwa hekk preskritt dwarhom bi jew skond xi ligi.

Il-ligi tghid ukoll li filwaqt li jkun hemm nullita' jekk kawza illi jmissha tingieb b'citazzjoni (jew, f'kaz ta' appell, b'rikors ta' appell) tingieb b'xi att iehor, ma hemmx nullita' jekk kawzali jmissha tingieb b'rikors minflok tingieb b'citazzjoni. Fiz-zewg kazijiet imsemmija hawn, il-ligi taghmel kwalifiki. Dawn huma : (a) li r-regola dwar il-proceduri li jmisshom jitressqu b'citazzjoni hija bla hsara ghal dak li tipprovdi l-ligi nnifisha fl-Artikolu 175(1) tal-Kap. 12 dwar is-setgha tal-qorti li tordna jew taghti li jsir tibdil fl-iskritturi; (b) li, fil-kaz fejn azzjoni tinbedab'citazzjoni minflok b'rikors, il-Qorti tista' tordna lill-attur ibiddel l-att, imma (c) ma tistaxtordna din il-bidla fil-kazi fejn xi ligi ohra tghid li l-proceduri jridu jinbdew b'rikors; u (d) lil-ligi tuza kejl differenti bejn nullita' minhabba forma fejn il-procedura jmissha tingieb b'citazzjoni (u tingieb b'att iehor) u n-nullita' minhabba forma fejn il-procedura jmissha tingieb b'rikorsu minflok tingieb b'att iehor.

Huwa principju wkoll li, fi kwestjonijiet ta' forma tal-att, ghandha tapplika l-massima ut magis res valeat quam pereat, u ghalhekk, fejn jista' l-att li bih tingieb kawza (u, ghalhekk b'konsegwenza t'hekk, il-kawza nnifisha) ghandu jigi salvat jekk kemm-il darba biex taghmel dan ma tiksirx xi vot espress tal-ligi.

Sabiex is-soluzzjoni tan-nullita' ta'att tigi applikata jehtieg li jirrikorru l-elementi tal-inevitabilita' tan-nullita' li ma tistax tigi injorata minghajr ma tohloq pregudizzju gravi ghall-parti li lilha jkun indirizzat dak l-att. Madanakollu, filwaqt li l-formalizmu fl-atti tal-qorti ghandu jitnaqqas ghal dak li huwa tassew mehtieg,fejn hemm ligi li hija cara u espressa dawn il-formalitajiet m'ghandhomx jigu mwarrba ghal xejn b'xejn u bla konsegwenzi.

Il-kazijiet li fihom l-eccezzjoni tan-nullita' ta' atti gudizzjarji jistghu jinghataw huma dawk imsemmija fis-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta. L-erba' cirkostanzi msemmija f'dak l-artikolu huma tassattivi, fis-sens li biex dik l-eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju tirnexxi, trid bilfors taqa' taht il-parametri ta' xiwahda mill-imsemmija cirkostanzi.

L-eccezzjoni tan-nullita` ta` att gudizzjarju ma tirnexxixlanqas (fejn mhix imsejsa fuq il-hrug tal-att gudizzjarju minn qorti li mhix kompetenti) jekk in-nuqqas jew ksur ikunu jistghu jissewwew taht kull disposizzjoni ohra tal-ligi. F'dan il-kaz, il-ligi qeghda taghmel riferenza ghall-bidliet illi jistghu jsiru f'att gudizzjarju bis-sahha tal-artikolu 175tal-Kapitolu 12, ukoll kif mibdul fl-1995.

Il-ligi tipprovdi ukoll li att gudizzjarju, maghmul bis-sahha ta' att null jew li gej minn att null, huwa null ukoll.

Id-distinzjoni bejn nullita' mtellgha taht il-paragrafu (c) u dik taht il-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789, tikkonsisti fil-fatt li, f'tat-tieni, l-att gudizzjarju jkun milqut minn nuqqas ta' partikolarita' essenzjali mehtiega mil-ligi, u mhux "semplici" ksur tal-forma preskritta.

Mal-medda tas-snin, issawret it-tejorija maghrufa bhala "tal-ekwipollenti" li nisslet il-principju li m'hijiex mehtiega l-ebda ghamla tassativa ta' forma ghall-proposizzjoni ta' azzjoni, b'mod li citazzjoni ghandhatitwaqqa' biss ghal ragunijiet gravi.

Fil-kaz ta' nullita' fejn hemm ksur tal-forma mehtiega,il-ligi tipprovdi li din l-eccezzjoni tintlaqa' fejn, ghalkemm il-ksur ma jkunx taht piena ta' nullita', ikun gab lill-parti li ressqet l-eccezzjoni pregudizzju li ma jistax jitnehha jekk mhux billil-att jigi annullat.

Filwaqt li huwa minnu li l-formalizmu procedurali jista' johnoq l-ghan ewlieni li jsir il-haqq fuq is-sustanza u l-mertu tal-kaz, ma jistax jinghad li r-regoli tal-procedura qeghdin fil-kodici bhala tizjina kosmetika biex tohloq damma ta' regoli li jimpressjonaw imma li ma jiswew ghal xejn. Il-harsien tal-procedura huwa l-garanzija li r-regoli tal-amministrazzjoni tal-gustizzja jkunu disponibbli ghal kulhadd indaqs u maghrufa u mhaddmin bla distinzjoni.

Meta l-artikolu 175 tal-Kap. 12 jirreferi ghal ghadd ta' cirkostanzi li tahthom jista' jsir bdil fl-atti,dan japplika ghal dawk il-bidliet li, kbar kemm huma kbar, ma jibdlux att li hu ghal kollox hazin f'wiehed tajjeb jew konformi mal-ligi. Il-mira ta' dak l-artikolu m'hijiex dik li tawtorizza l-korrezzjoni f'kaz ta' totali omissjoni, li twassal biex tibdel haga li hija ghal kollox nieqsa u difettuzaf'haga li tiswa. Meta l-artikolu 175 jistabilixxi bhala limitu "l-azzjoni fis-sustanza" jkun qieghed ifisser ukoll dik ic-cirkostanza fejn azzjoni hija irrita ghaliex migjuba b'att li mhux dak xieraq skond il-ligi.

Meta wiehed jara x'inhuma l-htigiet procedurali li l-Kodici jghid li ghandhom jigu mharsa meta tintuza l-procedura b'att tac-citazzjoni, ghandu jsib li mhux lakemm wiehed jordna li r-rikors jigi sostitwit b'att tac-citazzjoni, ghax b'daqshekk in-nullita' tibqa' hemm, minhabba li citazzjoni bla dikjarazzjoni mahlufa hija fiha nnifisha att null. Zgur li ma kinitx il-fehmatal-legislatur li jaghti lill-Qorti s-setgha li tordna bidla f'att (null) jew is-sostituzzjoni tieghu b'att iehor null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info