Reference: 1/2010

Judgement Details


Date
15/07/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
HERRERA DR. JOSE' NOE vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARREST GUSTIFIKAT - DROGA PROJBITA - SUSPETT RAGONEVOLI
Summary
Dan il-kaz idur fuq jekk l-arrest tar-rikorrent kienx gustifikat a bazi tal-fatt li l-awtoritajiet kellhom “suspett ragjonevoli” li r-rikorrent ikkommetta reat kriminali. Fil-fehma ta' din il-Qorti, dan is-suspett ragjonevoli kien jezisti f'dan il-kaz. Ir-rikorrent dahal Malta bil-pjanta khat li, ghalkemm bhala pjanta, ma kinitx ipprojbita, tikkontjeni sustanzi li kienu fil-fatt illegali. Jekk dinis-sustanza tirrendix il-pjanta kollha illecita kien punt innovattiv ghal Malta, u ma jistax jinghad li opinjoni affermattiva ghal dan il-kwezit kienet wahda illogika jew mhux irragjonevoli. Is-suspett tal-awtoritajiet gie konfermat, fil-fatt, mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) li sabet lir-rikorrent hati li dahhal Malta kwantita' ta' sustanza pprojbita; il-fatt li l-Qorti Kriminali tal-Appell irrevokat dik is-sentenza a bazi ta' opinjoni differenti ma jfissirx li l-akkuza originali kienet nieqsa minn kull ragjonament. Il-kwistjoni kienet iddur fuq interpretazzjoni legali tal-punt jekk sustanza illegali fil-pjanta, trendix l-istess pjanta illegali, punt pjuttost gdid ghall-Qrati taghna li fil-fehma ta' din il-Qorti kien jinnecesita' interpretazzjoni studjata mill-oghla Qorti kompetenti fil-materja.

La darba, f'dan il-kaz, kien jirrizulta lill-awtoritajiet li, bhala fatt, ir-rikorrent dahhal Malta pjanta li minnha wiehed jista' jestratta droga projbita, dik l-awtorita' kienet gustifikata tqis li r-rikorrent kien wettaq reat kriminali u tarrestah.

Ma jistax jinghad li fic-cirkostanzi, l-arrest kien wiehed irragjonevoli. Il-Pulizija lokali kellha quddiema persuna Somola, b'passaport Ingliz, li dahal Malta bi pjanta li minnha tista' tigi estratta d-droga cathinone u/jew cathine, droga li kienet ipprojbita milli tidhol Malta. Hu stqarr li kien behsiebu jomghod il-pjanta mal-ko-nazzjonali tieghu, kif hekk kienet id-drawwa. Kellhom, allura, informazzjoni li r-rikorrent mhux biss dahhal Malta pjanta b'sustanza ipprojbita, izda li kien se jqassam l-istess ma' persuniohra residenti f'Malta. Fil-fehma ta' din il-Qorti, l-arrest tar-rikorrent f'dawn ic-cirkostanzi kien gustifikat.

Fil-fehma ta' din il-Qorti, li r-rikorrent jibqa' jinzamm taht arrest tul il-pendenza tal-proceduri kriminali kien ukoll gustifikat. Ir-rikorrent ma kienx cittadin Malti u ma kellux indirizz fiss hawn Malta.

Hu gie hawn Malta biex jippartecipa f'festin li l-ko-nazzjonalitieghu kienu behsiebhom jaghmlu Malta. Ma kien hemm ebda garanzija li jekk jinghata l-liberta' provizorja hu kien se jattendi b'mod regolari u tempestivament ghall-udjenzi quddiem il-Qrati. Ma jirrizultax li hu kellu mezzi finanzjarji sufficjenti x'joffri bhala garanzija, u lanqas li, fil-fatt, ghamel tali offerta; lanqas ma offra garanzija personali ta' xi hadd affidabbli li kien jara li r-rikorrent jattendi l-Qorti kull meta hekk jigi mitlub.

F'dan il-kaz, is-suspett ragjonevoli ta' reat baqa' jissustixxi sad-decizjoni finali moghtija mill-Onorabbli Qorti tal-Appell Kriminali u giemsahhah bid-decizjoni tal-Qorti tal-Magistrati (Malta) li sabet lill-istess rikorrent hati. Maghdudma' din il-konsiderazzjoni, kien hemm il-biza' li r-rikorrent jahrab minn Malta. Jidher ukoll li l-awtoritajiet lokali hadu hsieb li jmexxu l-kaz with “special diligence”, tant li r-rikorrent gie arrestat fil-lejl ta' bejn id-9 u l-10 ta' Mejju, 2008, u s-sentenza finali mill-Qorti tal-Appell inghatat sena wara, u cioe', fit-3 ta' Lulju, 2009; la hu hekk, iz-zmien ta' detenzjoni jista' u ghandu jitqies “ragjonevoli”.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mir-rikors tar-rikorrent nomine billi tichad l-istess, bl-ispejjez jithallsu mill-istess rikorrent nomine.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info