Summary
F'din il-kawza, ir-rikorrenti, bhala attwali proprjetarji ta' zewg fondi gewwa l-Hamrun, qed jilmentaw mill-fatt li l-istess proprjeta', li kienet suggett ta' Ordni ta' Rekwizizzjoni li harget fl-1958, ghandha tinghata lura f'idejhom, peress li m'huwiex mehtiega aktar mill-Gvern fl-interess pubbliku. Dan qed jinghad ghax filwaqt li r-rekwizizzjoni originali saret biex il-proprjeta' tintuza bhalaufficcju tal-posta li dak iz-zmien kien immexxi mill-Gvern, bis-sahha tal-Avviz Legali 211 tal-1998, il-Gvern ghadda l-inkwilinat ta' din il-proprjeta' lis-socjeta' intimata li hija socjeta' kummercjali indipendenti mill-Istat ta' Malta. Ir-rikorrenti jilmentaw ukoll li, f'kull kaz, il-kera attwalita' 386.67 fis-sena hija efimera u ma tirriflettix il-valur lokatizju veru tal-proprjeta'.
Ir-rikorrenti qed jilmentaw mill-fatt li, kif zviluppaw l-affarijiet, huma gew imcahhda mill-proprjeta' taghhom bi ksur tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokol ghall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u qed jitolbu li jinghataw lura l-proprjeta' taghhom u li jithallsu kumpens adegwat.
Il-Qorti qieset li s-socjeta' intimata Maltapost plc tirrikonoxxi li hi tikri din il-proprjeta' minghand ir-rikorrenti, u dan jirrizulta mill-proceduri li hi stess fethet kontra l-awtur tar-rikorrenti quddiem il-Bord li jirregola l-Kera, u mill-hlas regolari tal-kera indirizzat lill-istess missierir-rikorrenti. Oltre dan, il-Qorti ezaminat il-kuntratti u d-dokumenti l-ohra annessi mal-affidavitli ressaq ir-rikorrent Victor Gatt, u hi tal-fehma li r-rikorrenti urew, ghas-sodisfazzjon tal-Qorti, it-titolu ta' proprjeta' fuq il-fond in kwistjoni.
Ghar-rigward l-iskop pubbliku tar-rekwizizzjoni u d-detenzjoni tal-fond, din il-Qorti tara li ghalkemm is-servizz tal-posta llum qieghed jitmexxa minn kumpanija kummercjali, dan ma jtellifx l-interess tal-pubbliku fl-uzu kontinwu tal-proprjeta'. Din il-Qorti tara li l-privatizzazzjoni li saret tas-servizz postali bl-ebda mod ma xxellefmill-interess pubbliku tal-progett. L-interess pubbliku hu marbut mal-finalita' ahharija li ghaliha l-proprjeta' tkun qed tintuza.
L-assenjazzjoni tal-kirja ma saritx biex takkomoda l-interess ta' terz privat, izda l-iskop kien u baqa' wiehed fl-interess tal-generalita' tal-pubbliku. Kwindi, id-deprivazzjoni li qed isofri r-rikorrent, hija koperta bil-proviso ghall-Artikolu 1 tal-EwwelProtokoll, peress li r-rekwizizzjoni tal-proprjeta' saret fl-interess pubbliku, u dak l-iskop baqa' jissustixxi meta l-kirja tal-proprjeta' giet vestita fil-kumpanija intimata. Bis-sahha tal-ordni ta' rekwizizzjoni, is-sid gie dispossessat mill-fond, b'mod illi, minn mindu ssir u sakemm tibqa' ssehh ir-rekwizizzjoni, il-pussess tal-fond u d-disponibilita' ta' dak il-pussess ma hux aktar f'idejnis-sid izda f'idejn l-awtorita' rekwizizzjonanti, izda f'dan il-kaz dan sar fl-interess tal-pubblikuu hekk ghadu jsir mill-proprjeta' sal-lum.
Fil-kaz ta' llum, il-kera attwali hi ta' 32.22fix-xahar, meta hu stmat li llum il-valur lokatizzju tal-fondi hu ta' madwar 900 fix-xahar! Din il-Qorti ma tqisx dan il-pagament bhala wiehed adegwat.
Stante l-fatt li l-proprjeta' ghadha qed tintuza bhala ufficju tal-posta fl-interess pubbliku, din il-Qorti ma tarax li ghandha tipprovdi ghat-thassir tal-ordni tar-rekwizizzjoni u/jew ghar-ritorn tal-proprjeta' lis-sidien rikorrenti, u tara li minflok, ghandha tordna kumpens pekunjarju biex jaghmel tajjeb ghall-fatt li r-rikorrenti gewmcahhda minn kumpens adegwat ghal snin twal. Din il-Qorti tara li ghandha tikkalkula telf ta' rentifuq perjodu ta' 10 snin, u meta tqis telf annwali average ta' cirka 6000, tiddeciedi li r-rikorrenti ghandhom jinghataw 60,000 bhala kumpens.
Dan il-kumpens ghandu jithallas nofs kull wiehedmiz-zewg intimati, peress li kien il-Gvern li halla din is-sitwazzjoni prekarja tiperdura ghal snintwal minhabba l-ligijiet tal-kera xejn kunducenti ghall-hlas ta' kera gusta, u kienet is-socjeta' Maltapost plc li accettat u gawdiet minn din is-sitwazzjoni. Din il-Qorti tara li, b'dan il-mod ikun qed jinghata just satisfaction lir-rikorrenti ghal-lezjoni li soffrew fid-drittijiet taghhom.
L-ispejjez tal-kawza jithallsu terz (1/3) mir-rikorrenti u zewg terzi (2/3) mill-intimati insolidum.