Reference: 2627/2000/1

Judgement Details


Date
24/09/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
FENECH ANGELO ET vs GRECH PAWLU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
CITAZZJONI, FORMALIZMU EZAGERAT - CITAZZJONI, KAWZALI TA` - CITAZZJONI, KJAREZZA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA - CITAZZJONI, NULLITA` MINHABBA TALBIET GURIDIKAMENT DISTINTI - CITAZZJONI, NULLITA` TA` - CITAZZJONI, TIFSIRA CARA U SEWWA TAL-OGGETT U R-RAGUNI TAT-TALBA
Summary
Il-kazijiet li fihom l-eccezzjoni tan-nullita' ta' atti gudizzjarji jistghu jinghataw huma dawk imsemmija fis-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta. L-erba' cirkostanzi msemmija f'dak l-artikolu huma tassattivi, fis-sens li biex dik l-eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju tirnexxi, trid bilfors taqa' taht il-parametri ta' xi wahda mill-imsemmija cirkostanzi.

Bis-sahha tal-bidliet li saru fil-ligi bl-Att XXIV tal-1995, l-eccezzjoni ma tirnexxix lanqas (fejn mhix imsejsa fuq il-hrug tal-att gudizzjarju minn qorti li mhix kompetenti) jekk in-nuqqasjew ksur ikunu jistghu jissewwew taht kull disposizzjoni ohra tal-ligi.

Id-distinzjoni bejnnullita' mtellgha taht il-paragrafu (c) u dik taht il-paragrafu (d) tas-sub-artikolu (1) tal-artikolu 789, tikkonsisti fil-fatt li, f'tat-tieni, l-att gudizzjarju jkun milqut minn nuqqas ta' partikolarita' essenzjali mehtiega mil-ligi, u mhux "semplici" ksur tal-forma preskritta.

Citazzjonighandu jkun fiha tifsir car u sewwa tal-oggett u r-raguni tat-talba. Marbut ma' dan ir-rekwizit, hemm il-principju li l-parti mharrka trid tinghata l-fakolta' li tkun tista' tiddefendi kif jixraq lilha nnifisha mill-pretensjoni ta' min iharrikha.

Citazzjoni m'ghandhiex tigi mwaqqgha ghajr ghal ragunijiet gravi. Madankollu, biex citazzjoni jista' jinghad li ghandha kawzali cara bizzejjedjehtieg li jirrisulta rapport ta' rabta ragonevoli bejn il-premessi u t-talba nnifisha mmirata lejnil-persuna mharrka. Jekk in-nuqqas ta' kjarezza jkun ta' ghamla u kwalita' tali li jcahhad b'mod serju lill-imharrek mid-difiza tieghu, ic-citazzjoni ghandha tigi mwaqqgha.

Fejn ma jkunx hemmkontradizzjoni ghall-ahhar bejn il-premessi u t-talbiet jew bejn it-talbiet innifishom, il-Qrati ghandhom iqisu b'cirkospezzjoni eccezzjoni ta' nullita' ta' att gudizzjarju. Biex att ta' citazzjoni jghaddi mill-prova tal-validita' huwa bizzejjed li t-talba tkun imfassla b'mod tali li l-persuna mharrka tifhem l-intenzjoni ta' min harrikha.

Huwa wkoll mizmum bhala principju generali li n-natura u l-indoli tal-azzjoni ghandhom jigu misluta mit-termini tal-att li bih ikunu nbdew il-proceduri. B'dan il-mod, jekk id-difett fit-tfassila tal-att li bih tkun inbdiet il-kawza ma jgibx pregudizzju serju lill-parti mharrka, allura l-procedura tkun tista' tigi salvata basta dan ma jaffettwax is-sustanza tal-azzjoni jew tal-eccezzjonijiet.

L-attur ghandu jidentifika l-oggett tal-kawza billi jiddikjara r-raguni ghala jkun qieghed jitlob dak l-oggett. Dak l-oggett u dik ir-raguni jridu jkunu mfissrin car u sewwa. It-talba jew it-talbiet ikunu marbutin mar-raguni(jiet) kif premess fl-att tac-citazzjoni. Dawn l-elementi ghandhom jirrizultaw mill-att gudizzjarju nnifsu u mhux minn xi kjarifika li tista' ssir dwarhom waqt is-smigh tal-kawza.

Citazzjoni tkun nulla meta tkun imfassla fuq premessi guridikament distinti u different minn xulxin b'talbiet li huma anki kontraddittorji.

Safejn hu possibbli, ghandha tfittex li att gudizzjarju ghandu jigi salvat: izda dan jista' jibqa' jigi sostnut biss jekk kemm-il darba ma jkunx hemm fih nuqqas li, fil-qofol tieghu, il-ligitqisu milqut b'difett li ma jistax jissewwa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info