Reference: 1524/1996/1

Judgement Details


Date
25/06/2010
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, MAGRI ALBERT J., MALLIA TONIO
Parties
AGIUS MICHAEL ET vs MUSCAT GODFREY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 1638 TAL KODICI CIVILI - RESPONSABILITA TAL KUNTRATTUR
Summary
“Ir-responsabbiltà tal-kuntrattur hija regolata bl-Art. 1638 tal-Kodici Civili:

1638. (1) Jekk bini jew xoghol iehor kbir ta' gebel, mibni b'appalt, fi zmien hmistax-il sena minn dakinhar li tkun tlestiet il-kostruzzjoni, jinqered, kollu jew bicca minnu, jew juri li hemm periklu car li sejjer jiggarraf minhabba difett fil-kostruzzjoni, jew ukoll minhabba difett tal-art, l-arkitett u l-appaltatur ghandhom iwiegbu ghal dan.

(2) L-azzjoni ghall-hlas tal-hsara ghandha titmexxa fi zmien sentejn minn dakinhar li jigri xi wiehed mill-kazijiet hawn fuq imsemmija.

Dan il-kaz jintlaqat b'dan l-artikolu ghax ix-xoghol maghmul b'appalt huwa “bini” illi, ghalkemm ma nqeridx, qieghed “juri li hemm periklu car li sejjer jiggarraf minhabba difett fil-kostruzzjoni” jekk ma jinbidluxis-soqfa kif issuggerew il-periti.

Ir-responsabbiltà taht l-Art. 1638 hija kemm tal-arkitett kif ukoll tal-appaltatur. Ghalhekk, bla hsara ghal kull rimedju illi l-konvenuti jista' jkollhomkontra l-arkitett, il-konvenuti ma jinhelsux mir-responsabbiltà billi mxew taht id-direzzjoni ta' arkitett.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info