Reference: 80/1996/1

Judgement Details


Date
28/12/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
FALZON GEORGE vs CAMILLERI JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET DWAR TOLLERANZA MA JISGHUX JIGU KKUNSIDRATI - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, NATURA TA`
Summary
Kwistjoni ta' tolleranza m'ghandhiex normalment tigi ezaminata f'azzjoni ta` spoll.

L-indagnili trid issir f'azzjoni ta' spoll hija wahda limitatissima, rigoruza u skarna li ma tinsab f'ebda legislazzjoni ohra u li din l-azzjoni hija koncepita bhala azzjoni rapida u effikaci ghall-iskop li ma thalli 'l hadd jiddisturba stat ta' fatt arbitrarjament u hija intiza unikament biex iggieghel lill-konvenut li jerga' jqieghed il-haga fl-istat li kienet qabel ma ddisturbaha, u daqshekk biss.

Ghalkemm hu minnu li anki azzjoni ta' spoll tista' tkun materja ta' deliberazzjoni legali tibqa'impregudikata pero` r-regola li kawza ta' spoll hija essenzjalment azzjoni possessorja u mhux ammissibbli ghal xi parti li tidhol fil-petitorju biex tiggustifika l-agir spoljattiv kommess minnha.

Illi n-natura ta' l-azzjoni ta' spoll hija proprju biex tevita li wiehed jiehu l-ligi b'idejh; mhux eskluz li l-konvenut jista' jkollu dritt legali ghall-pretensjoni tieghu li l-attur ma ghandux jedd jibqa` jaghmel dak li jkun qed jaghmel; biex jiehu dan l-allegat dritt il-ligi taghtih ridemji cari; il-ligi ma tridx pero` li wiehed ibiddel l-istat ta' fatt kontra l-volonta` ta' dak li jkun qedigawdi mill-posizzjoni attwali. Ghalhekk giet imdahhla fil-ligijiet taghna "l-istituzzjoni" apposita biex proprju tirregola din il-materja u thalli l-pronunzjament finali jinghata wara li jsiru d-debiti konsiderazzjonijiet f'kawza differenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info