Reference: 202/1993/2

Judgement Details


Date
28/12/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
TABONE JOSEPH NOE ET vs MOUSU' JOHN PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI, RIKUZA TA` MHALLEF LI JKUN SEMA` L-KAWZA RITRATTATA - RITRATTAZZJONI, RIMEDJU STRAORDINARJU
Summary
Talba ghal rikuza ta' imhallef ma tinghatax b'mod awtomatiku u f'kull kaz fejn kawza ghal fini ta' ritrattazzjoni tkun regghet giet assenjata lilu skond il-ligi ghal fini ta' decizjoni minkejja li jkun hu stess li ddecidieha. Huwa minnu li skond decizjonijiet ricensjuri tal-Qrati lokali f'dawk il-kazijiet fejn ikun jirrizulta li r-ritrattazzjoni tkun tabilhaqq ibbazata fuq l-aggravju ta' applikazzjoni hazina tal-ligi min-naha tal-Qorti allura f'kazi simili jkun opportun u xieraq li t-talba ghalrikuza tigi milqugha. Izda haga bhal din ma tinghatax fuq is-semplici premessa fir-rikors tar-ritrattazzjoni li l-aggravju huwa bbazat fuq l-artikolu 811 (e) tal-Kap. 12 u daqshekk. Irid invece jkunjirrizulta ta' lanqas prima facie li dan l-aggravju ghandu tali bazi.

Ghall-finijiet tal-Artikolu 811(e) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta jitqies li hemm applikazzjoni hazina tal-ligi fil-kaz biss li d-decizjoni, meta l-fatt kien tassew kif stabbilit fis-sentenza attakkata, ma tkunx skondil-ligi, basta li l-kwistjoni ma tkunx dwar interpretazzjoni tal-ligi li fuqha l-Qorti tkun espressament tat decizjoni. Gie kostantement ritenut fil-gurisprudenza - u dan johrog direttament mil-ligiilli biex jigi deciz jekk kienx hemm applikazzjoni hazina tal-ligi wiehed ma jistax jezamina mill-gdid il-fatt tal-kawza jew jerga' jinterpretaha.

Il-procedura ta' ritrattazzjoni hija ta' applikazzjoni ristretta hafna ghax hija mizura eccezzjonali u ma kienet qatt intiza biex isservi jew tintuza biex isir appell minn appell.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info