Reference: 586/1997/1

Judgement Details


Date
28/12/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
CACHIA PAWLU vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI - META L-PROCEDURA DDUM NUMRU TA` SNIN BIEX TINTEMM - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI - PRINCIPJI REGOLATURI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIMITAZZJONIJIET TAL-UZU TA` PROPRJETA` - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, META INTERESS LI FUQ TKUN SARET ESPROPRJAZZJONI PUBBLIKU MA JIBQAX ISEHH - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, VJOLAZZJONIJIET QABEL ID-DHUL FIS-SEHH TAL-KONVENZJONI F`MALTA
Summary
a) l-ligijiet li jaghtu s-setgha lill-Istat li jesproprja proprjeta' ta' individwi huma rikonoxxutibhala mehtiega f'socjeta' demokratika biex jassiguraw l-attwazzjoni ta' zvilupp socjali u ekonomikufl-interess tal- kollettivita'. Hu pacifiku li dan id-dritt huwa rikonoxxut kemm fl-art. 37 tal-Kostituzzjoni kif ukoll fl-ewwel artikolu ta' l-ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni. Infatti l-Kostituzzjonitipprovdi li ebda haga fl-art. 37, li jenuncja l-jedd fondamentali ta' l-individwu kontra t-tehid obligatorju tal-proprjeta' tieghu, "m'ghandha tinftiehem li tolqot l-ghemil jew il-hdim ta' xi ligi sa fejn tipprovdi ghat-tehid ta' pussess jew akkwist ta' proprjeta'". Fl-istess vena l-ewwel artikoluta' l-ewwel Protokoll, li wkoll jenuncja l-istess dritt, jipprovdi li d-disposizzjonijiet f'dak l-artikolu "m'ghandhom bl-ebda mod inaqqsu d-dritt ta' Stat li jwettaq dawk il-ligijiet li jidhirlu xierqa biex jikkontrolla l-uzu ta' proprjeta' skond l-interess generali jew biex jizgura hlas ta' taxxijew kontribuzzjonijiet ohra jew pieni".

b) Kellu jkun ukoll manifest illi d-dritt moghti lill-Istat li b'ligi jesproprja l-proprjeta tal-privat, ma kienx u ma huwiex wiehed assolut u insindakabbli, izda kellu jigi ezercitat strettament fil-parametri stabbiliti mhux biss fil-ligi li tawtorizza l-esproprju, imma wkoll fl-osservanza shiha tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni. F'dan ir-rigwardl-operat ta' l-Istat hu soggett ghall-verifika mill-organi gudizzjarji.

c) Id-dritt ta' l-esproprju moghti lill-Istat ghandu jitqies li hu eccezzjoni, ossia limitazzjoni tad-dritt fondamentalita' kull individwu li jgawdi il-proprjeta' pacifika tal-possedimenti tieghu. Dan ifisser li l-jedd ta' l-individwu kellu jipprevali fejn l-Istat ma jkunx issodisfa adegwatament l-osservanza tad-dettami tal-Kostituzzjoni, tal-Konvenzjoni jew tal-Ligi li bis-sahha taghha agixxa. Il-limitazzjonijiet tal-jeddijiet fondamentali, kif enuncjati kemm fil-Kostituzzjoni kif ukoll fil-Konvenzjoni, kellhom allura jigu applikati restrittivament fis-sens li f'kaz ta' dubju dak id-dubju kellu jmur favur l-individwu u mhux favur l-Istat. Dan naturalment ma jfissirx li fejn l-Istat ghandu margini wiesgha ta' azzjoni dan kellu jigi b'xi mod imnaqqas jew imxekkel b'xi process ta' interpretazzjoni.

d) Una volta l-limitazzjoni kienet favur l-Istat, kien jispetta lil, u jinkombi fuq, l-Istat li jipprovaadegwatament li fil-kaz partikolari taht ezami kienu jokkorru dawk l-elementi sine qua non mehtiegabiex jintitolawh jagixxi fil-konfront ta' l-individwu b'mizura, in forza ta' ligi, li tkun ser tipprivah mill-possedimenti tieghu jew l-uzu taghhom. Rikonoxxut li d-dritt ta' l-Istat li jesproprja jew jillimita l-uzu tal-possedimenti ta' l-individwu kien jikkostitwixxi deroga tal-jedd fondamentaliu limitazzjoni tieghu, kien car illi dak id-dritt kellu jigi ezercitat biss fejn u sa kemm kien necessarju. Dan ghax kien fuq kollox obbligu primarju ta' l-Istat li jirrikonoxxi d-drittijiet fondamentali ta' l-individwu, iwettaqhom u jharishom. L-Istat allura, ma kellux, bla raguni valida u gustifikattiva skond il-ligi, il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni, bla bzonn ixekkel il-jedd ta' individwu ghat-tgawdija tal-possedimenti tieghu, u tali xkiel fejn mehtieg, kellu mhux biss ikun proporzjonat, mal-htigijiet tal-kollettivita' imma wkoll ma kellux jestendi lil hinn mill-htigijiet taghha. Minn danjohrog il-principju bazilari li fejn il-process tat-tehid tal-proprjeta' ma jkunx gie konkjuz, u allura il-mizura setghet titqies f'dak l-istadju bhala wahda ta' tehid ta' pussess jew regolament ta' uzu ta' proprjeta', l-Istat kellu l-obbligu li jirrilaxxja l-possediment lill-individwu, proprjetarjutaghhom biex igawdihom appena ikun jirrizulta li ma kienetx ghadha tokkorri r-raguni valida u gustifikattiva li pprovokat l-azzjoni ta' l-Istat.

Il-process ta' l-esproprjazzjoni jigi avvjat bid-dikjarazzjoni relattiva fil-Gazzetta tal-Gvern u ma jitqiesx bhala xi att istantaneju, izda huwa wiehed kontinwat sakemm jintemm meta jsir il-kuntratt definittiv tat-trasferiment ta' l-art lill-Gvern.

Ma jista' jkun hemm l-ebda dubju illi d-dritt tal-proprjeta' fuq l-art jibqa' tas-sid sakemm effettivament jigi pubblikat l-att definittiv li bih din tigi legalment trasferita mill-Gvern. Id-dikjarazzjoni presidenzjali timporta biss allura restrizzjoni, anke jekk assoluta, fuq l-uzu tal-proprjeta' minn sidha, u tinvesti lill-Istat bid-dritt li jaghmel uzu mill-istess proprjeta' ad eskluzzjoni ta' sidha jew ta' terzi persuni. Ma hemm allura xejn istantaneju fid-dikjarazzjoni presidenzjali. Ghall-kuntrarju hi dikjarazzjoni li bl-ebda mod ma tippriva lill-proprjetarju mid-dritt u mit-titolu li kellu fuq l-art. Tillimitalu biss l-uzu taghha. Limitazzjoni li l-Istat jista', meta u x'hinirid, inehhi.

Mhux mehtieg illi jkun identifikat progett specifiku li ghalih l-art tkun sertigi jew tkun giet esproprijata li jikkonkretizza l-uzu fl-interess pubbliku jew fl-interess generali. Mhux eskluz li proprjeta' tigi esproprijata fl-interess pubbliku ghax kien hekk mehtieg biex tigiassigurata l-attwazzjoni kompleta ta' progett ta' utilita' partikolari fil-kuntest ta' l-izvilupp partikolari taz-zona jew biex taghti lok per ezempju ghall-espansjoni futura ta' l-istess progett. Pero' din l-utilita' publika trid tirrizulta posittivament lill-Qorti. Ma tistax tithalla fuq il-meraipotesi ta' bzonn potenzjali, kif lanqas hu lecitu illi l-iStat jibqa' jippriva individwu mit-tgawdija tal-possedimenti tieghu, meta l-uzu fl-interess pubbliku jew fl-interess generali, li kien originarjament jissussisti ma jibqax ghal xi raguni jew ohra mehtieg. Isir hawn rikjam ghal principji generali illi l-Istat irid jaghmel il-prova, mhux biss illi kien hemm konkretament il-htiega ta' l-uzu tal-proprjeta' fl-interess pubbliku jew fl-interess generali, imma wkoll li dak il-bzonn jibqa' jissussisti sal-mument meta l-art tkun ghaddiet definittivament f'idejn l-Istat bit-temm tal-proceduri ta' esproprijazzjoni.

Il-poter ta' l-esproprju kellu jigi uzat biss meta kien jirrizulta mehtieg bl-inqas diskapitu ghall-jeddijiet proprjetarji ta' l-individwu u b'mod illi t-tehid jew l-interferenza ghad-dgawdija pacifika ta' tali proprjeta' tkun akkompanjata mill-hlas tempestiv ta' kumpensxieraq.

L-interess pubbliku kellu jibqa' jissussisti sa dakinhar li jigi publikat dak il-kuntratt. Jekk l-interess pubbliku ghal xi raguni jisfuma, jew ma jkunx ghadu jezisti u l-Istat jibqa' jzomm il-proprjeta' f'idejh bla raguni valida, hu kien minn dak il-mument jivvjola l-jedd fondamentali ta' l-individwu ghat-tgawdija ta' dawk il-possedimenti tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info