Reference: 120/1998/1

Judgement Details


Date
28/12/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
BALDACCHINO ANTHONY ET vs CARUANA CARMELO SIVE CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, GARAGE - LOKAZZJONI, HANUT - LOKAZZJONI, NEGOZJU TAL-INKWILIN
Summary
It-terminu "hanut" kellu qabel xejn ikun rifless fid-destinazzoni tal-fond bhala wiehed li fih kellha tigi ezercitata l-attivita' kummercjali, l-arti u s-sengha, ossia attivita kompriza fid-definizzjoni propja li taghtih il-ligi. Il-ligi ma kienetx tillimita dik l-attivita' ghal wahda purament u merament kummercjali fis-sens ordinarju u tradizzjonali tal-kelma "hanut", imma wkoll fis-sens aktar ricerkat taghha bhala lok fejn jigu ezercitati xi arti jew sengha. B'dawn it-termini, "arti" jew "sengha" l-legislatur ried ikopri kull xorta ta' attivita' ekonomika tal-bniedem li setghet titqies li kienet mezz ta' ghixien tieghu jew li tirrendilu qliegh jew profitt u hi f'din id-direzzjoni li tendiet bl-interpretazzjoni ricenti ta' l-art. 2. Hekk allura gustament it-terminu "hanut" gie estiz minndak is-sinifikat tradizzjonali ta' xiri u bejgh ta' oggetti ghal dak anqas ovvju tal-prestazzjoni ta' servizzi, kemm dawk bl-opra ta' l-idejn kif ukoll bl-opra tal-mohh. It-terminu "negozju" gie allura ifisser mhux biss l-operazzonijiet kummercjali li l-kelma ordinarjament kienet konsidrata li tfisser imma wkoll dawk l-operazzjonijiet l-ohrajn kollha ta' l-attivita' tal-bniedem illi jimporta l-ghoti ta' servizz kontra pagament ta' kull indole u natura.

Ma hemmx differenza bejn l-ghoti ta'servizz ta' karozzi ghall-garr tal-mejtin minn wiehed ta' servizz tal-garr tal-hajjin, u ghaliex il-garaxxjar ta' l-ewwel jitqies mill-gurisprudenza bhala lok li kien hanut ghax kien il-bazi ta' l-attivita' tal-kerrej, waqt li mhux l-istess dejjem tqis it-tieni.

Kien difficilment prevedibblillum li wiehed jiggestixxi karozza tal-linja debitament licenzjata ghal dan l-iskop minghajr ma jkollu garaxx fejn jista' jqeghda mhux biss biex jipprotegiha meta ma tkunx fuq il-venda, imma wkoll biex jaghmlilha l-manutenzjoni mehtiega u jirrendiha utilizzabbli ghall-kumdita' tal-passiggieri. Apparti l-valur ekonomiku kbir tal-vettura licenzjata nfisha hu ferm improbabbli li wiehed jottjeni licenzja sakemm ma jkunx jissodisfa l-kondizzjoni li tkun adegwatament garaxxjata. Ma jidhirx li kien permess illi vetturi ta' din ix-xorta jithallew parkeggjati fit-toroq pubblici.

Hemm allura accessorjeta' necessarja bejn uzu tal-garaxx u "in-negozju" ta' l-ghoti tas-servizz kontra hlas li l-inkwilin jirrendi permezz tal-vettura li ma setghetx ma tkunx provduta facilita' ta' garaxx.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info