Referenza: 2165/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/06/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
GRECH RAYMOND ET vs BORG STEFAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, AMMISSJONI TAD-DEJN - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - PRESKRIZZJONI, MHIX INTERROTTA BI FTEHIM BEJN IL-PARTIJIET SABIEX IMORRU ARBITRAGG - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN
Fil-Qosor
Illi, ghall-finijiet ta' preskrizzjoni, il-ligi taghraf tliet ghamliet ta' azzjoni ghad-danni, u jigifieri: (a) azzjoni dwar hsarat imnissla minn ghamil li jikkostitwixxi reat, f'liema kaz, iz-zmiental-preskrizzjoni huwa dak imfisser mil-ligi biex issir l- azzjoni kriminali dwar l-istess reat; (b) azzjoni ghall-hsarat imnisslin minn delitt jew kwazi delitt (l-hekk msejha culpa aquiliana), f'liema kaz il-preskrizzjoni hija ta' sentejn; u (c) azzjoni ghall-hsarat mnissla minn nuqqas ta' twettieq ta' kuntratt li mhux imfisser f'att pubbliku, f'liema kaz il-preskrizzjoni hija dik ta' hames snin.

Illi gie stabilit ukoll li f'kaz fejn jigi allegat li l-hsara tnisslet minn nuqqas ta' xiparti li twettaq l-obbligazzjonijiet taghha fuq kuntratt, iz-zmien tal-preskrizzjoni ta' hames sninjibda ghaddej minn dak inhar li ssehh l-hsara izda mhux minn dak inhar li l-imgarrab intebah bil-hsara li gratlu.

Meta l-preskrizzjoni tkun wahda estintiva tal-azzjoni attrici, jidhol fis-sehhil-principju li z-zmien preskrittiv jghaddi biss minn dak inhar li jkun tnissel id-dritt jew setghettigi mibdija l-azzjoni meqjusa biex thares dak id-dritt. Dan il-principju huwa mibni fuq il-massima li actioni non natae non praescribitur.

Iz-zmien li fih l-azzjoni jmissha tinbeda titqies minn cirkostanzi oggettivi u mhux minn x'jahseb l-imgarrab, u li, certament, in nuqqas ta' gharfien tal-ligi m'huwiex raguni valida biex jinghad li l-azzjoni ma setghetx issir qabel.

Illi, hu x'inhu l-ghajn tal-preskrizzjoni invokata mill-imharrek, jaqa' dejjem fuq il-Qorti li tqis minn liemadata tali preskrizzjoni bdiet ghaddejja, u l-eccezzjoni ghandha tigi michuda jekk mill-provi mressqin jew mill-atti tal-process dik id-data ma tkunx tista' tigi stabilita.

Fost ic-cirkostanzi mahsuba mil-ligi li jiksru l-preskrizzjoni, wiehed isib (a) it-talba b'att gudizzjarju; (b) bl-gharfien tal-jedd tal-parti li kontra taghha kien ghaddej iz-zmien tal-preskrizzjoni; jew (c) bi hlas akkont.

Illi ghalkemm huwa fatt li l-preskrizzjoni tista' tinkiser biss jekk ic-cirkostanza li ghaliha tirreferi l-ligi issehh waqt li jkun ghaddej iz-zmien tal-preskrizzjoni, hemm cirkostanzi ohrajn fejn l-gharfien tal-jedd tal-attur isehh wara li jkun ghadda dak iz-zmien. F'dan it-tieni kaz, izda wiehed ma jitkellimx izjed dwar ksur taz-zmien tal-preskrizzjoni, imma ta' rinunzja ghall-jedd li wiehed isejjah favurih il-preskrizzjoni.

L-gharfien u l-istqarrija tal-jedd tal-attur, sabiex isservi bhala raguni ghall-ksur tal-preskrizzjoni, trid tkun cara u mhux mahsuba jew implikata minn kliem jew eghmejjel vagi.

Il-fatt li wiehed jidher fuq ftehim minghajr ma jkun imgieghel biex iressaq kwestjoni ghal arbitragg ma jservi, fil-fehma ta' din il-Qorti, la bhala stqarrija tad-dritt tal-parti l-ohra, u lanqas ta' rinunzja ghall-preskrizzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni