Summary
Ir-rikorrent ghadda proceduri ta' estradizzjoni u in forza taghhom hu gie ordnat li jigi estradit lejn Franza, wara hrug ta' mandat ta' arrest mit-Tribunal de Grande Istance f'Thionville fi Franza, ghar-reati ta' sekwestru ta' persuna, estorsjoni u atti vjolenti mwettqa f'assoccjazzjoni ma' ohrajn.L-ordni ta' estradizzjoni moghtija mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) giet ikkonfermata mill-Qorti tal-Appell Kriminali bis-sentenza taghha tat-23 ta' Frar, 2010.
Ir-rikorrent, b'dawn il-proceduri, ressaq diversi ilmenti ta' natura kostituzzjonali, fis-sens li ilmenta mill-fatt li sa minn metagie arrestat u tul iz-zmien li nzamm arrestat gew miksura fil-konfront tieghu kwazi d-drittijiet fundamentali kollha tieghu. Il-lanjanzi tar-rikorrenti jistghu jigu nkwadrati kif gej:
(i) Vjolazzjoni tad-dinjita' tieghu bhala persuna u tad-dritt ta' privatezza ghall-mod kif gie arrestat, operazzjoni li skont ir-rikorrent twassal ghall-agir degradanti u inuman;
(ii) Ma gietx segwita l-procedura li trid il-ligi fis-smigh tal-kaz tieghu quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta);
(iii) Nuqqas ta' attenzjoni medika tul iz-zmien li dam arrestat;
(iv) Ic-cahda ta' helsien mill-arrest;
(v) Kundizzjonijiet tal-habs fi Franza;
(vi) Il-fatt li nstab hati mill-Qorti Franciza fl-assenza tieghu;
(vii) Li hu ma kellux jinstab hati tal-akkuzi dedotti kontrih fi Franza;
(viii)Nuqqas ta' contact visits kemm ilu detenut taht arrest.
Fil-fehma ta' din il-Qorti, l-ezami li jkun irid isir mill-Qorti - darba li r-rimedju kostituzzjonali qed jintalab bl-iskop li r-rikorrent ma jigix estradit, tant li hu rrifjuta li jintbaghat fi Franza pendenti dawn il-proceduri - hu limitat biex tara jekk gewx miksura d-drittijiet fundamentali b'mod li jwasslu ghar-revoka jew modifikatal-ordni. Kwalunkwe indagni ulterjuri, jmur lil hinn mill-iskop ahhari ta' dawn il-proceduri. Danifisser li jekk ir-rikorrent jilmenta li nkisirlu xi dritt fundamentali tieghu, izda li anke ezitu pozittiv ghal dik il-lanjanza ma twassalx ghar-revoka jew modifika tal-ordni ta' kustodja, din il-Qorti m'ghandhiex, f'dawn il-proceduri, tidhol biex tezaminahom u jibqa' f'kull kaz rizervat favur ir-rikorrent id-dritt li jitlob ir-rimedju opportun, pero' indipendentement mill-esekuzzjoni tal-ordni ta' kustodja.
Din il-Qorti tara li l-prova li r-rikorrent irid jaghmel dwar il-mod kif sehh l-arrest tieghu u t-trattament li qed jircievi fid-dawl tal-istat ta' sahha tieghu, mhux rilevanti ghall-fini ta' dawn il-proceduri, ghax anka jekk ir-rikorrent jinghata ragun fuq dawn il-lanjanzi, dawnma jaffettwawx l-ordni ta' kustodja ut sic u lanqas l-estradizzjoni tieghu.
Ghaldaqstant, din il-Qorti mhux se tilqa' t-talba tar-rikorrent ghas-smigh tal-provi ghall-iskop minnu indikat. Ghall-istess raguni, din il-Qorti ma tarax li ghandha tinvestiga l-ilmenti tar-rikorrenti marbuta mal-mod tal-arrest tieghu u man-nuqqas ta' attenzjoni medika u contact visits. Fil-fehma tal-Qorti, ankejekk sehh dak li allega r-rikorrent fic-cirkostanzi, dawn ma jiggustifikawx ir-revoka jew il-modifika tal-ordni ta' kustodja. L-istharrig ta' dawk l-ilmenti m'ghandux jithalla jintralcja l-proceduri ta' estradizzjoni li min-natura taghhom iridu jigu trattati b'certa ghagla.
Din il-Qorti, ghall-fini ta' dawn il-proceduri, sejra tiskarta ukoll kull ilment marbut mal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni ghall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, inkorporata fil-ligijiet Maltin bl-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea (Kap. 319 tal-Ligijiet ta' Malta), u l-artikolu konsimili li jinsab fil-Kostituzzjoni ta' Malta, peress li dan l-artikolu ma japplikax ghall-proceduri ta'estradizzjoni.
Ghall-istess raguni, din il-Qorti mhux se tidhol fi kwistjonijiet li jolqtul-meritu tal-akkuzi dedotti kontrih peress li dawn il-proceduri ma jiddeterminawx l-innocenza jew htija tar-rikorrent. Din il-Qorti izzid li, bl-akkuzi li r-rikorrent gie rinfaccjat bihom ma jistax jinghad li gew miksura d-drittijiet tieghu li jinghaqad fi grupp jew li jhaddan ir-religjon tieghu. Ir-rikorrent mhux mizmum u lanqas ma hu akkuzat li dahal f'ghaqda, izda li flimkien ma' ohrajn, ikkommetta estorsjoni u vjolenza fuq terzi.
Ir-rikorrent jallega li meta tressaq il-Qorti, wara ligie arrestat, kien zbalordit u konfuz, u ma kienx fi stat li jsegwi x'kien qed jigri. Jirrizulta, pero', li fl-ewwel seduta quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta), ir-rikorrent kien assistit mill-avukat ta' fiducja tieghu, u fl-ebda mument ma qajjem il-kwistjoni li hu ma kienx qed isegwi x'kien qed jigri. Ghalkemm f'xi udjenza sussegwenti quddiem l-istess Qorti, ir-rikorrent ilmenta li ma kienxdejjem f'siktu, pero', il-Qorti hadet il-prekawzjonijiet mehtiega. Hatret tabib espert li ezamina lir-rikorrent u kkonkluda li ghalkemm bit-tensjoni tal-proceduri, seta' kien hemm caqliq fil-livell tal-glucose tar-rikorrent (li hi persuna diabetika), ma kienx disorjentat mil-lat mentali, u dan l-istess tabib irrelata li l-kundizzjoni tar-rikorrent hija tali illi hu jista' jattendi ghall-Qorti regolari u jsegwi dak li jkun qieghed isir. Din il-Qorti ma tarax li m'ghandhiex toqghod fuq dawn il-konkluzjonijiet u zzid li bil-mod kif ir-rikorrent mexxa d-difiza tieghu, hu car li hu kien qed isegwi dak kollu li kien qed jigri. Hu kellu l-assistenza ta' interpretu u fl-ebda mod ma dan wera li kellu xi diffikulta' jispjega lir-rikorrent x'kien qed jigri.
Ghar-rigward xi nuqqasijiet procedurali li allegatament sehhew f'dawn il-proceduri, dawk il-materji ma jidhlux biex jigu ezaminati fil-kuntest ta' dawn il-proceduri, izda huma aktar meritu ta' appell. La darba l-procedura ta' estradizzjoni mhix kawza li tiddetermina l-innocenza jew htija tar-rikorrenti, dawk l-ilmenti procedurali setghu biss jigu trattati, kif gew, mill-Qorti tal-Appell Kriminali.
Dwar il-kondizzjonijiet tal-habs fi Franza, ir-rikorrent, f'dan il-kaz, irid juri possibilita' ta' trattament inuman fi grad gholi ghax mhux kull forma ta' trattament li huwa kiefer jaqa' taht l-iskop tal-artikolu relattiv lijaghti protezzjoni kontra dan it-trattament.
F'dan il-kaz, ir-rikorrent ma uriehx li fil-habs ta' Franza, fejn jista' jintbaghat jekk jinstab hati tal-akkuzi dedotti kontrih, hu sejjer ikun f'periklu to life or limb. Ir-rikorrenti ma talabx li jaghmel din il-prova, u f'kull kaz, il-Qorti ma tahsibx li fi stat demokratiku, bhal ma hu Franza jezisti a high probability, li r-rikorrent sejigi hekk trattat. Din il-Qorti rat ukoll li Franza, bhal Malta, tippermetti dritt ta' petizzjoni individwali lejn il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jekk ir-rikorrent, jekk u meta jkun f'habs fi Franza, ikun qed jinghata trattament disuman u degradanti, hu jkun jista' jitlob rimedju effettiv minn dik il-Qorti. Zgur li f'dan il-kaz, din il-Qorti ma gietx murija li jezistu cirkostanzi hekk gravi fil-habsijiet ta' Franza li ghandha twaqqaf jew thassar l-ordni ta' kustodja.
Id-detenzjoni tar-rikorrent hija gustifikata, peress li rrizulta li r-reati li bihom qed jigi akkuzat ir-rikorrent huma reati ta' estradizzjoni. Il-mandat ghall-arrest tar-rikorrent huwa ukoll wiehed validu, u l-proceduri tal-estradizzjoni gew ukoll meqjusa li huma regolari u validi. Darba li giet stabbilita the lawfulness of the extradition, id-detenzjoni tar-rikorrent hija valida, u sta ghall-Qratikompetenti jiddeciedu jekk, fic-cirkostanzi, ghandhomx jew li jakkordaw il-helsien provizorju mill-arrest.
Fil-kuntest tal-aggravju marbut mal-fatt li hu gie kkundannat mill-Qorti Franciza inabsentia, din il-Qorti tara li ghal dan gia gie pprovdut, u kif qalet il-Qorti tal-Appell Kriminali,meta l-istess ilment tressaq quddiemha, Fid-dawl tad-dokumenti kollha sottomessi mill-Prosekuzzjoni, dana l-aggravju huwa ukoll infondat. Kwindi, ma tarax li din ic-cirkostanza hija ta' xi ostakolu ghat-twettiq tal-estradizzjoni.
Fid-dawl tal-premess, din il-Qorti ma tarax li ghandha tidhol biex tezamina l-punti preliminari sollevati mill-intimati, peress li rat li, f'kull kaz, it-talbiet tar-rikorrenti mhux misthoqqa. Ghaldaqstant, din il-Qorti tichad it-talba tar-rikorrenti ghas-smigh tal-provi u tichad ukoll it-talbiet kollha tar-rikorrenti, bl-ispejjez kontra tieghu.