Reference: 12/2008

Judgement Details


Date
15/03/2010
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
BIANCHI ENRIETTA ET vs L-AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DISKRIMINAZZJONI RIGWARD HLAS TA TAXXA
Summary
Ir-rikorrenti jsostnu li huma sofrew pregudizzju fir-rigward tat-taxxa tal-Capital Gains, billi saburuhhom f'sitwazzjoni li meta wirtu ma kien hemm l-ebda taxxa imposta fuq id-differenza tal-prezz tal-bejgh ghal sitwazzjoni fejn giet imposta fuqhom taxxa ta' 35% fuq id-differenza. Fil-fehma taghhom ukoll din hija back dated.

Kuntrarjament, l-intimat isostni li l-Gvern ghandu l-mansjonifil-ligi sabiex ibiddel ligijiet kif jidhirlu hu sakemm ikollu l-kunsens fil-Parlament.

Skond din il-Qorti, il-Gvern tal-gurnata ghandu d-dritt li jirregola kull tip ta' taxxa, boll etc. Ghandu d-dritt li jgholli u jbaxxi r-rati ta' taxxi skond dak li fil-fehma tieghu huwa fl-interess tal-pajjiz. Gvern certament ma ghandux dritt li jadopera mizuri fiskali li jolqtu persuna wahda jew ftit nies izda min-naha l-ohra sakemm il-mizuri fiskali jkunu intizi b'mod generali l-Qrati ma ghandhomebda poter ta' sindakabilita`.

Dwar diskriminazzjoni jinghad li hemm diskriminazzjoni metapersuni f'sitwazzjonijiet simili jigu trattati b'mod differenti minghajr ebda gustifikazzjoni ragjonevoli u oggettiva u fejn ma hemmx proporzjonalita' ragjonevoli bejn il-mezzi u l-ghan intenzjonat.Rikorrent irid jipprova li f'sitwazzjonijiet analogi rcieva trattament differenti, aktar favorevoli. Ir-rikorrent irid jipprova li hu gie trattat b'mod ingust b'paragun ma' persuni ohra f'sitwazzjoni analoga. Jekk is-sitwazzjoni mhux analoga, ma hemmx l-obbligu ta' l-istat li jiggustifika t-trattament differenti

Fil-kaz odjern, f'ebda punt ma irrizulta li l-legislatur mexa b'mod diskriminatorju fil-konfront tar-rikorrenti. Irrizulta li l-legislatur ghamel ligi, izda li b'ebda mod makienet diskriminatorja fuq xi individwi partikolari, inkluz ir-rikorrenti. Wiehed irid izomm f'mohhu dejjem li jkun hemm ligijiet li jolqtu aktar kategorija minn ohra, bhal ma hu l-kaz ta' l-income tax bracket, capital gains, land tax, izda dan ma jwassalx ghall-konkluzjoni li jkun hemm diskriminazzjoni. Fil-kaz odjern ir-rikorrenti ma rnexxielhomx jaslu ghall-prova li kien hemm xi diskriminazzjoni fil-konfront taghhom.

Ghaldaqstant din il-Qorti ma taccettax it-talbiet tar-rikorrenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info