eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 2538/2000/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
12/12/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
ATTARD ANNA ET NOE vs ABELA REV. PATRI SERAFIN NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
ATTARD ANNA ET NOE vs ABELA REV. PATRI SERAFIN NOE ET - 2538/2000/1 - CIVILI, PRIM AWLA, MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
INTERESS GURIDIKU, ATTWALITA` TA` - INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
L-interess mehtieg sabiex tigi istitwita azzjoni jrid ikun wiehed dirett, legittimu u kif ukoll attwali, u jrid johrog minn stat attwali ta' ksur ta' jedd, liema ksur ikun jikkonsisti f'kundizzjoni pozittiva jew negattiva li xxejjen jew tipprova ggib fix-xejn dritt li jappartieni lid-detentur jew lililu jkun misthoqq.
L-interess guridiku f'attur huwa dak li l-imharrek jirrifjuta li jaghrafil-jedd tal-istess attur u li, fih innifsu, johloq il-htiega tal-vertenza. Ghalhekk, dan igib mieghu il-konsegwenza li l-ewwel u l-aqwa interess guridikament ammissibbli huwa dak li kull persuna ghandha, jigifieri li titlob li, fil-konfront taghha, isir haqq jew li tigi msewwija ingustizzja maghmula fil-konfront taghha.
Ghal dak li jirrigwarda l-aspett ta' attwalita' tal-interess li biexazzjoni tista' ssehh u titqies imsejsa b'interess kif imiss, trid tkun kapaci li tipproduci rizultat vantagguz jew utli ghal min jipproponiha u li dak ir-rizultat jista' jigi utilizzat.
Minbarra dan, u dejjem ghal dak li jirrigwarda l-aspett tal-attwalita' tal-interess f'attur, irid jintwerali dak l-interess jibqa' jsehh matul il-hajja kollha tal-azzjoni, u mhux biss fil-bidu taghha, ghaliex jekk dan l-interess jonqos (jintemm) il-konsegwenza immedjata tkun li l-imharrek jinheles millijibqa' fil-kawza.
Fejn hemm izjed minn attur wiehed il-kwestjoni dwar jekk l-atturi kollha ghandhomx ikollhom l-istess interess tiehu xejra partikolari fil-ligi taghna. Hjiel ta' dan jidher fl-artikolu 161(3) tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta. Minn dak l-artikolu jidher car li m'huwiexmehtieg li l-interess ta' kull attur ikun l-istess, ghaliex l-elementi msemmija f`dan l-Artikolu biex isejsu l-interess, ghalkemm japplikaw f'kull kaz, ma jikkomportawx fihom l-identita' bhala rekwizit ghall-validita' tal-azzjoni.
Dan ifisser li jekk, ghal xi raguni, xi wiehed mill-atturi tonqos fih il-kwalita' ta' parti interessata waqt il-proceduri jew jitlef l-interess, din ic-cirkostanza tolqot lilu biss u m'hux ukoll is-siwi tal-azzjoni mibdija minnu ma' ohrajn. Hekk illi, finalment, it-tnehhija ta' dak l-attur mill-atti fuq nuqqas ta' interess tirriduci ruhha ghal kwestjoni marginali ta' qsim ta' spejjez fil-konfront tal-atturi l-ohrajn u l-parti mharrka, izda mhux ixxejjen l-azzjoni.
Dak li jfisser l-interess tal-attur ghandu jkun jidher mill-att tac-citazzjoni nnifisha, u ghalkemm il-mottiv tal-interess mhux mehtieg li jkun imsemmi fic-citazzjoni, ghandu jirrizulta mill-provi jekk kemm-il darba jigi kuntrastat.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta