eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 2499/1999/1
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
26/06/2009
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
ABDILLA CARMELO ET vs CROCKFORD FRANCES GLORIA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
ABDILLA CARMELO ET vs CROCKFORD FRANCES GLORIA ET - 2499/1999/1 - TA' L-APPELLI CIVILI (SUPERJURI), MALTA
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
175(3) TAL KODICI TA ORGANIZAZZJONI U PROCEDURA CIVILI - KORREZZJONI F ATT GUDIZZJARJU - RINUNZJA TACITA
Fil-Qosor
Ai termini tal-Artikolu 175(3) tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili, din il-Qorti ghandha l-jedd li tordna li jissewwa kull zball gudizzjarju u/jew amministrattiv f'att gudizzjarju. L-atttac-citazzjoni li bih giet ipprezentata din il-kawza huwa att gudizzjarju u ghalhekk din il-Qorti tordna li kemm fl-att promotur u kemm fis-sentenza dan l-izball jissewwa.
Il-formula tal-gurament preskritta fil-Kodici taghna ghal preskrizzjonijiet qosra hija diversa mill-formola tal-gurament preskritta fil-Kodici Taljan u dak Franciz, u ghalhekk fis-sistema tal-Kodici taghna, l-eccezzjoni tal-kontestazzjoni tad-debitu mhix inkompatibbli ma' l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni.
Fil-fehma tal-Qorti, rinunzja tacita trid tirrizulta b'mod car u inekwivoku, u jrid ikun jidher mill-fatti li jitressqu li hekk tassew ried dak li allegatament irrinunzja. Trattativi mizmuma pendente lite intizi biex tinstab soluzzjoni ghall-kwistjoni ta' bejn il-kontendenti, jinzammu dejjem bla pregudizzju u l-kontenut ta' dawk it-trattativi, sakemm ma jkunux wasslu ghas-soluzzjoni tal-vertenza, majista' qatt jigi uzat minn wahda mill-partijiet minghajr il-kunsens tal-kontro-parti, u mhux ammissibbli bhala prova. Min-naha l-ohra jista' jkun hemm interruzzjoni jew billi l-attur jipprova dan permezz ta' xi att gudizzjarju (Artikolu 2128, Kodici Civili) jew billi juri ghas-sodisfazzjon tal-Qorti illi b'certa attitudni tieghu l-konvenut debitur qieghed lilu nnifsu f'sitwazzjoni li jirrendi inkompatibbli l-posizzjoni guridika tieghu mal-prezunzjoni kostitwenti l-bazi tal-preskrizzjoni. F'danil-kuntest ssir referenza ghas-sitwazzjonijiet previsti mill-Artikoli 2133 u 2134 tal-Kodici Civili. Ir-rikonoxximent stabbilit mill-Artikolu 2133 tal-Kap. 16 jestrinsika ruhu jew permezz ta' xi dikjarazzjoni esplicita jew bi kwalsiasi fatt iehor li jimplika l-ammissjoni tal-ezistenza tad-dritt, per ezempju, il-weghda tal-hlas, talba ghad-dilazzjoni tal-pagament, il-hlas akkont (Artikolu 2134), l-annotazzjoni tad-debitu f'denunzja tas-successjoni jew f'forma ta' entrata fl-accounts.
Kemmfid-duttrina legali, kif ukoll fil-gurisprudenza dan ir-rikonoxximent tad-dritt ghal fini tal-interruzzjoni tal-preskrizzjoni hu konfigurabbli fir-rekwiziti tal-volontarjeta`, tal-konsapevolezza, tal-inekwivocita`, dejjem b'mod esterjorizzat. Rekwiziti, dawn, li hu necessarju li jikkoezistu flimkien fl-istess att.
Jibqa' dejjem imperattiv illi l-prova dwar dawn l-istess rekwiziti trid issir mill-attur billi huwa dan li jkun qed jikkontrasta l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni tal-kontroparti. Zgur li mhux mistenni li din il-prova ssir mill-Qorti jew mit-Tribunal li, anzi, ghandha l-kompitu li tiddeciedi "iuxta allegata et probata". Jekk dwar din l-interruzzjoni hemm konflitt ta' provi,allura l-konsegwenza m'hijiex li ghandha tigi michuda l-preskrizzjoni, imma dik kuntrarja, li ghandha tigi akkolta, peress li l-pozizzjoni guridika tkun li mentri jkun fatt li ghadda t-terminu tal-preskrizzjoni, ikun ugwalment fatt illi l-attur ma ssodisfax lill-Qorti li kien hemm interruzzjoni. Ghaldaqstant dak li hu mportanti hu li r-rikonoxximent allegat mill-attur ikun car u esplicitu.
L-accertament tal-ezistenza jew le ta' atti validament interruttivi tal-preskrizzjoni eccepita, jikkostitwixxi indagini ta' fatt rizervat ghall-apprezzament tat-tribunal adit.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta