Referenza: 619/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/05/2009
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
FARRUGIA SACCO LINO, CUSCHIERI NOEL, AZZOPARDI JOSEPH
Partijiet
MAGRI GLADYS ET vs MARKET INTELLIGENCE SERVICES COMPANY LIM
Tip ta' Sentenza
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INTERESS GURIDIKU
Fil-Qosor
Il-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili fl-artikolu 236 tieghu jghid li “L-appell jista' jsir mhux biss mill-partijiet fil-kawza, izda wkoll minn kull min ikollu interess.” L-interess guridiku jrid ikun reali u attwali u ghandu jiskaturixxi minn vjolazzjoni jew theddida ta' vjolazzjoni ta'xi dritt li jappartjeni lill-attur u f'dan is-sens allura jrid ukoll ikun personali. Irid jigi stabbilit in-ness guridiku bejn l-agir abbusiv u illegali allegatament kommess mill-konvenut u d-danni jew almenu l-pregudizzju allegatament kommess mill-konvenut u d-danni jew almenu l-pregudizzju allegatament subit mill-attur konsegwenzjali ghal tali agir.

L-interess guridiku:
• Irid ikunattwali [jezisti fil-mument li tigi proposta l-azzjoni riferibbilment ghal ksur ta' jedd u jibqa' jezisti fil-kors kollu tal-kawza]
• irid ikun dirett
• irid ikun legittimu [konformi ghal drittta' l-attur, u mhux biss interess]
• irid ikun guridiku [interess li jadixxi l-Qorti biex jottjeni dak li jitlob]
• l-azzjoni trid tkun kapaci li twassal lill-attur ghall-otteniment ta' vantaggu utilita`
• ghandu jiskaturixxi minn vjolazzjoni jew theddida ta' vjolazzjoni ta' xi dritt lijappartjeni lill-attur
• il-kawza li jipproponi tkun tista' tipproducilu rizultat utli jew vantaggjuz ghalih.
• Irid jigi stabbilit in-ness guridiku bejn l-agir abbusiv u illegali allegatament kommess mill-konvenut u d-danni jew almenu l-pregudizzju allegatament subit mill-attur konsegwenzjalighal tali agir
• Ma jistax ikun ipotetiku, ghalkemm jista' jirreferi ghal jedd morali jew suggettiv.

Inoltre l-ligi tipprovdi ghall-intervent fil-kawza taht il-Kap 12 Art 960. Izda tali intervent huwa limitat ghal interess f'kawza li tkun miexja bejn partijiet. L-istitut ta' l-interventfil-kawza ma jezistix hlief fid-dritt sostantiv u dana biss in segwitu ta' rikors appozitu u digriet ta' awtorizzazzjoni ghal dan. Minn imkien ma jirrizulta li r-rikorrent odjern kellu tali dritt.

Is-socjeta` appellanti allura, biex teradika l-interess guridiku li kienet tehtieg biex tkun intitolata tappella f'kawza li fiha hi ma kenitx parti, trid necessarjament tipprova li hi kellha interess fin-negozju guridiku li ta lok ghall-azzjoni.

Peress li l-intervenut mhux parti fil-kawza, isegwi li l-gudizzju huwa biss bejn il-partijiet u ghalhekk ma jistax l-intervenut jippretendidritt specjali ta' appell minhabba li jista' jhoss li hu parti fil-kawza meta fil-fatt ma huwiex.

Ghaldaqstant, il-Qorti thoss li s-socjeta` intervenuta fil-kawza m'ghandhiex id-dritt li l-appell jibqa' jissussisti stante li s-socjeta` konvenuta Market Intelligence Services Company Ltd cediet l-appell taghha stante tranzazzjoni mal-atturi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni