Reference: 1987/1999/1

Judgement Details


Date
12/12/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs MIZZI ANNA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ELEMENTI TA` - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ONERU TAL-PROVA
Summary
Il-procediment ta` disprezz huwa ta' indoli kriminali. Il-fatt li l-istess procediment gie introdott b' citazzjoni, cioe` l-att li ordinarjament jintuza f'azzjonijiet civili, u ma jnehhi xejn minnatura kriminali. Ic-citazzjoni f' dan il-kaz ma hija xejn hlief it-tahrika ta' "l-akkuzat" biex jidherbiex iwiegeb ghall-akkuza.

Stabbilit mill-ligi, aktar milli bl-iskop li tigi kustodita d-dinjita` tal-Qorti, biex tigi tutelata l-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja.

Il-ligi tiddistingwi dwar diversi tipi ta' disprezz u cioe` l-post fejn tali att ikun allegatament sar, cioe` jekk hux quddiem il-Qorti jew banda ohra (Art 988 u 989 tal-Kap 12), kontra min sar u cioe` jekk hux di fronte l-ufficcjal tal-Qorti jew haddiehor (Art 995), jew minn min (Art 996) b'dan li l-Qorti qed timmira li tolqot kull ghemil iehor li jitqies wiehed ta' disprezz lejn l-Awtorita` tal-Qorti u mhux xi wiehed imsemmi fl-Artikolu 997. In-nuqqas ta' tharis tar-regolamenti jikkostitwixxi disprezz u l-penalitajiet moghtija jiddependu skond in-natura tad-disprezz.

Huwa ovvju, minn ezami anke superficjali tad-disposizzjonijiet applikabbli li d-distinzjoni basilari bejn l-imgieba mhux xierqa lissir 'infaciem curiae' u dik li ma ssirx hekk hija netta u l-kazi huma trattati b'mod differenti u dana gustament. Fl-ewwel kaz, il-ligi trid taghti lill-gudikant il-mezzi biex immedjatament igib ghall-ordni lil min jittanta jfixkel il-kors tal-gustizzja u dana biex tassikura li xejn ma jimpediha milli tesercita d-doveri taghha b'intervent repentin u awtorevoli. Fit-tieni kaz fejn id-disprezz ikunsar barra mill-ambitu tal-proceduri quddiemha, il-ligi tipprovdi li jigi assikurat li min ikun akkuzat li jkun hati ta' disprezz lejn l-awtorita' tal-Qorti jinghata opportunita' shiha li jiddefendi ruhu minn din l-akkuza.

L-akkuza ta' disprezz iggib maghha l-htiega li tigi ppruvata, minn minqieghed jixli, l-intenzjoni tal-persuna mixlija li tisfida l-ordni tal-Qorti u b'hekk l-awtorita` taghha.

Dik l-intenzjoni ma tiddependix minn jekk il-persuna mixlija tqisx l-ordni moghti lilha bhala wiehed korrett jew le: is-siwi ta' dik l-ordni, sakemm ma jithassarx b'ordni ohra tal-Qortinnifisha, huwa raguni oggettiva li torbot lill-mixli li joqghod ghaliha, jaqbel jew ma jaqbilx maghha.

L-attur f'kawza ta` disprezz ghandu l-oneru li jipprova kemm li sar l-att mill-konvenuta b'disprezz lejn l-Awtorita' tal-Qorti, u wkoll li l-intenzjoni tal-konvenuta kienet li tinjora l-istess ordni li nharget mill-Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info