Reference: 60/2008

Judgement Details


Date
24/04/2009
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BORG MARIO vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 39 (1) (8) TAL-KOSTITUZZJONI - ARTIKOLU 6 (1) U 7 TAL-KONVENZJONI EWROPEJA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - IL-PRINCIPJU TAN-NON-RETROATTIVITA - KO-AWTURI U KOMPLICI TAX-XHIEDA - L-ARTIKOLU 639 (3) TAL-KODICI KRIMINALI
Summary
Fl-2003 ir-rikorrenti tressaq quddiem il-Qrati Kriminali akkuzat b`reati in konnessjoni ma` l-ispacctad-droga eroina fil-perjodu ta` bejn Frar u April tal-istess 2003. Hu ghadda jury in konnessjonima` dawn ir-reati u b`verdett moghti fis-16 ta` Jannar, 2008, il-gurati sabu lir-rikorrenti hati. Pendenti l-jury, fit-3 ta` Ottubru, 2006 dahlet in vigore l-emenda ghas-sub artikolu (3) tal-artikolu639 tal-Kodici Kriminali (introdotta bl-Att XVI tal-2006) li in forza taghha twarbet il-htiega ta`korroborazzjoni f`kaz li l-prova tar-reat kienet tikkonsisti fix-xhieda tal-komplici.

Ir-rikorrent jilmenta li nonostante l-fatt li din l-emenda dahlet fis-sehh wara r-reati li hu gie akkuzat bihom, waqt il-jury tieghu, l-Imhallef li kien qed jippresjedi, iddiriga l-gurati fit-termini tal-artikolu 639(3) kif emendata. Dan ifisser, fil-fehma tar-rikorrenti, li din l-emenda inghatat effett retrottativ bi pregudizzju ghad-drittijiet fundamentali tieghu kif sanciti fl-artikolu 39(1)(8) tal-Kostituzzjoni ta` Malta, u l-artikolu 6(1) u 7 tal-Konvenzjoni Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem.

Wara li ntemm il-jury u nstab hati kif, ir-rikorrent appella mis-sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali. Pendenti is-smiegh tal-appell, ir-rikorrenti, fid-9 ta` Settembru, 2008, ipprezenta rikors quddiem dik il-Qorti li permezz tieghu talab lil dik il-Qorti taghmel referenza kostituzzjonali biex tigi mistharga l-allegazzjoni tieghu li l-applikabbilita` retroattiva tal-emenda ghall-artikolu 639 jilledi d-drittijiet fundamentali tieghu. Dik il-Qorti, filwaqt li ddikjarat li t-tqanqil tal-kwistjoni kostituzzjonali bir-rikors tad-9 ta` Settembru, 2008, hija semplicement frivola u vessatorja, cahdet it-talba.

B`dawn il-proceduri, r-rikorrent issa qieghed jitlob lil din il-Qorti tezercita l-funzjoni kostituzzjonali taghha, u tiddikjara li meta l-artikolu 639(3) tal-Kodici Kriminali, skond id-direzzjoni tal-Imhallef tal-jury, gie rez applikabbli retroattivament, gew lezi d-drittijiet fundamentali tieghu.

Il-principju tan-non-retroattivita` japplika biss ghad-drittpenali sostantiv u mhux ukoll ghal dak procedurali. Bhala regola, id-dritt procedurali huwa ta` applikazzjoni immedjata, cioe` applikabbli anke ghall-proceduri li jkunu diga` gew istitwiti qabel il-bidu fis-sehh tal-“procedura” gdida.

Jinghad “bhala regola” ghax ma huwiex eskluz li jista`jkun hemm materji, apparentement procedurali, izda li tant direttament jincidu fuq jekk att jew ommissjoni jammontawx jew le ghal reat jew fuq il-punibbilita` ta` dak l-att jew ta` dik l-ommissjoni,li ghalihom ikun effettivament applikabbli wkoll il-principju tan-non-retroattivita`'”.

Is-subartikolu (3) ta` l-artikolu 639 tal-Kodici Kriminali jifforma parti mid-dritt procedurali u ghaldaqstant mhuwiex applikabbli l-principju tan-non-retroattivita`. Konsegwentement, anke fir-rigward ta`reati li sehhew qabel it-3 ta` Ottubru, 2006, fejn l-uniku xhud kontra akkuzat huwa komplici, illuml-Imhallef li jippresjedi l-guri ghandu jaghti direttiva lill-gurati biex jiznu x-xhieda tal-komplici b`kawtela qabel ma jserrhu fuqha. Naturalment l-istess jghodd ghall-Qrati tal-Magistrati, fis-sens li l-korroborazzjoni mhix mehtiega aktar izda l-gudikant ghandu jipprocedi b`dik il-kawtela li l-kaz ikun jirrikjedi tenut kont tal-fatt li l-uniku xhud kontra l-akkuzat ikun il-komplici li jista`jkollu interess aktar minn haddiehor li jfarfar minn fuq spallejh ghal fuq spallejn l-akkuzat.

Din il-Qorti taqbel ma` dan l-insenjament, u tara li hawn si tratta minn retroattivita` ta` disposizzjoni tal-ligi dwar kif issir il-prova ta` reat, u mhux ta` jekk l-att jew omissjoni tammontax jew le ghal reat, jew dwar il-punibbilita` ta` dak l-att jew dik l-omissjoni.

La l-Kostituzzjoni ta` Malta u lanqas il-Konvenzjoni Ewropea ma huma ta` ostakolu ghall-applikazzjoni b`mod retroattiv ta` regoli procedurali li jipprovdu dwar kif issir il-prova ta` dawk l-atti u omissjonijiet predeterminati bhala reati.

F`kull kaz illum jirrikonoxxu li l-posizzjoni legali hi, wara l-emendirecenti, li l-posizzjoni ta` ko-awturi jew komplici tax-xhieda ta` dawn in-nies m`ghandhiex bzonn korroborazzjoni b`xi cirkostanza materjali imma l-Qorti trid twissi lill-gurati li jridu juzaw kawtelamassima meta jkunu qeghdin jivvalotaw il-kredibbilita` ta` tali xhieda.

Ir-rikorrent jirrikonoxxi l-verocita` ta` dan il-verbal u jghid li ma setax jaghmel mod iehor ghaliex dik kienet il-posizzjoni legali mill-aspett tad-dritt penali; l-ilmenti tieghu issa jimergu solament minn indoli ta` natura purament kostituzzjonali.

Din il-Qorti assolutament ma taqbilx ma` dan il-kumment. Il-principju tan-non-retroattivita` ta` ligijiet penali kien jigi applikat mill-Qrati taghna ferm qabell-introduzzjoni fl-Ordinament Guridiku Malti tar-regoli specjali intizi ghall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

Il-kwistjoni dwar jekk l-emenda fl-artikolu 639(3) tistax tinghata effett retroattiv, hija mhux biss ta` indoli kostituzzjonali, izda prattikament wahda anke penali. Ir-rikorrenti kellu kull opportunita` jikkonstesta l-applikazzjoni tal-emenda qabel ma beda is-smiegh tal-jury, u seta`, jekk ried, jekk id-decizjoni tmur kontra tieghu, jitlob f`dak l-istadju lissir referenza kostituzzjonali mill-Qorti Kriminali. F`dan il-kaz, ir-rikorrenti mhux biss ma qajjem ebda oggezzjoni, izda qabel u irrikonoxxa li l-emenda ghall-artikolu in kwistjoni kienet b`mod retroattiv tapplika ghal kaz tieghu. Din id-dikjarazzjoni hu ghamilha bla ebda rizervi, u la darba inkondizzjonatament ir-rikorrent accetta li s-subartikolu (3) tal-artikolu 639, kif emendat, ghandu jigi applikat fil-kaz tieghu, ma jistax aktar jilmenta mill-applikazzjoni tal-istess subartikolu.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tiddisponi mir-rikors ta` Mario Borg billi tichad it-talbiet kollha tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info