Reference: 467/1994/3

Judgement Details


Date
30/11/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
CUTAJAR MARIO NOE vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ESPROPRJAZZJONI GHAL SKOPIJIET PUBBLICI
Summary
Ma jista' jkun hemm assolutament l-ebda dubju li l-operazzjoni u t-tmexxija ta' sptar privat, anke jekk immexxi fuq linji kummercjali, ghandha kontenut socjali qawwi in kwantu tali servizz ta' kura jifforma parti mill-infrastruttura ta' kura accessibbli ghall-pubbliku in generali. Dan jakkwista aktar sinifikat f'cirkostanzi fejn l-Istat jadotta politika li jiffavorixxi l-partecipazzjoni tal-privat biex jipprovdi facilitajiet ta' kura alternattivi ghal dawk ta' l-Isptarijiet pubblici. Ma kien hemm allura l-ebda dubbju illi l-fatt li kien ser jigi zviluppat Sptar privat kien fih innifsu zvilupp ta' interess pubbliku.

Wisq anqas jista' jkun hemm dubbju illi l-holqien u l-kostruzzjonita' toroq li jipprovdu access ghall-pubbliku in generali minn post ghal iehor hu forsi il-manfestazzjoni l-aktar cara u qawwija ta' servizz moghti lill-pubbliku.

Certament ma seta' jkun hemm l-ebda limitazzjoni fuq il-jedd ta' l-Istat li jipprovdi toroq ghall-access tal-pubbliku ghal kwalunkwe destinazzjoni, sew jekk hi wahda ta' indole pubblika, kif ukoll ta' indole privata, ghaliex dan kien propju l-mezz kif jassigura l-izvilupp ordinat tal-pajjiz. Dritt dan ta' l-Istat illi seta' jezercita, kif spiss ezercita, tramite l-mizura ta' l-esproprjazzjoni ta' art privata. Infatti hu ovvju illi hi spiss, jekk mhux dejjem, ir-regola li bil-ftuh ta' toroq mibnija tramite l-esproprjazzjoniu tramite l-investiment ta' l-erarju pubbliku li jinghata servizz billi jinfethu ghall-izvilupp proprjetajiet tal-privat.

Il-Qorti Ewropeja fir-rigward tas-sinifikat tat-terminu "the public interest" fl-ewwel artikolu ta' l-ewwel Protocol tal-Konvenzjoni, irriteniet illi d-deprivazzjoni ta`proprjeta` ghal ebda raguni ohra hlief li taghti beneficcju privat lil persuna privata ma tista` qatt tkun fl-interess pubbliku. Madanakolu t-trasferiment forzat ta` proprjeta` minn individwu ghal iehor jista`, skond ic-cirkostanzi, jikkostitwixxi skop legittimu sabiex jigi promoss l-interess pubbliku.

It-tehid ta` proprjeta` ghall-ghanijiet ta` policies legittimi ta` natura ekonomika, socjali ecc. jistghu ikunu fl-interess pubbliku anki jekk il-komunita` in generali ma jkollha ebda uzuhew tgawdija diretta tal-proprjeta` li tkun ittiehdet. Ghalhekk it-tehid ta` proprjeta` minghajr il-hlas ta` ammont ta` flus li jkun ragjonevolment relatat mal-valur taghha jkun normalment jikkostitwixxi interferenza sproporzjonata. Madanakollu, l-ghanijiet legittimi tal-interess pubbliku bhal dawkpersegwiti f`mizuri ta` riforma ekonomika jew mizuri dizinjati biex jiksbu gustizzja socjali akbar,jistghu jiggustifikaw rimbors li jkun iqas mill-valur tal-proprjeta` fuq is-suq.

Hu f'dan imbaghad li jkun inserit l-element ta' proporzjonalita', u cioe' dak il-bilanc li kellu jigi mfittex bejn l-interess partikolari tal-privat biex igawdi il-proprjeta' personali tieghu, u l-interess tal-kollettivita' ghall-gustizzja socjali u ghall-izvilupp ekonomiku essenzjali biex tigi mseddqa proprjudin il-gustizzja socjali ghall-gid komuni.

L-esproprjazzjoni ta` bicca art ghall-formazzjonitat-triq sabiex jigi facilitat l-access ghal sptar privat tqieset bhala wahda li saret ghall-gid tal-pubbliku, anke jekk tiffavorixxi lill-privat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info