Reference: 18/2001/1

Judgement Details


Date
30/11/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
AGIUS RONALD vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKREZZJONI TAL-QORTI F`KAZ TA` NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, EQUALITY OF ARMS - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PRODUZZJONI TA` PROVI GODDA FL-ISTADJU TAL-APPELL FIL-KUNTEST TA` PROCEDURI GHALL-ESTRADIZZJONI TA` PERSUNA
Summary
L-Att dwar l-Estradizzjoni hu ligi specjali b'finalita' proprja li kellha tigi milhuqa tramite process gudizzjarju partikolari bi procedura appozita, kienet inevitabbli l-konkluzjoni illi l-provvedimenti procedurali tal-Kodici Kriminali ma kienux applikabbli ghal dan l-istitut hlief fejn u sa fejn kien hekk indikat fil-provvedimenti stess tieghu. Fost dawn il-provvedimenti m'hemmx indikat dawk lijirregolaw il-procedura fir-rigward tal-produzzjoni ta' provi godda fi stat ta' appell. L-Att dwarl-Estradizzjoni innifsu jinkorpora artikolu ad hoc li jirregola l-produzzjoni ta' provi godda f'danl-istadju. Mill-banda l-ohra, fl-Att dwar l-Estradizzjoni, ma jidher li hemm l-ebda limitazzjoni jew restrizzjoni fuq il-kontendenti illi jivverifikaw u jikkontrollaw il-provi prodotti fi stadju ta'appell mill-kontro-parti jew ukoll illi jigu awtorizzati illi jipproducu provi ohra biex jirribattuu jikkontradixxu tali provi f'dak l-istadju inoltrat tal-proceduri.

Filwaqt li persuna li kontra taghha qed tintalab l-estradizzjoni tgawdi mill-protezzjoni kostituzzjonali u konvenzjonali ghal smiegh xieraq fil-kors tal-proceduri li ghaliha hi kienet skond il-ligi intitolata, l-Artikolu l-artikolu 22(3) ta` l-Att dwar l-Estradizzjoni li jipprovdi dwar il-produzzjoni ta` provi godda fl-istadju tal-appell fil-proceduri ghall-estradizzjoni di per se ma jilledix id-dritt fondamentali ghal smiegh xieraq in quanto jassigura l-principju ta` equality of arms u ma johloq ebda disparita` bejn il-partijiet.

L-anqas ma jista` wiehed jitkellem dwar cahda tad-dritt tad-doppio ezame. Dan id-dritt, jekk verament jista' jigi hekk imsejjah, certament bl-ebda mod ma jista' jigi kwalifikat bhala kostitwent tal-jedd fondametali ta' smiegh xieraq u biex jigi assigurat "due process". Fil-verita' kif hu risaput, lanqas hu konstitwent ta' dan il-jedd id-dritt ta' appell b'dan illi l-gurisprudenza Ewropeja in materja tezigi illi, jekk dritt ta' appell statutorju jinghata, l-proceduri f'dak l-istadju kellhom ikoll jirrispettaw bis-shih il-garanziji li jezigi l-artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni.

Barra minn hekk, meta persuna tkun qed tilmenta ruhha illi l-vjolazzjoni tad-dritt fondamentali ghal smiegh xieraq twettqet bil-mod kif tmexxew il-proceduri fil-kaz specifiku tieghu, liema proceduri jkunu ghadhom pendenti, hu jinhtieglu li jezawrixxi r-rimedji ordinarji li jkollu a disposizzjoni tieghu fil-kuntest ta` dawk il-proceduri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info