Reference: 745/1995/1

Judgement Details


Date
29/11/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
MERCIECA VINCENT vs GALEA GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT KAWTELATORJU, DANNI - MANDAT KAWTELATORJU, PENALI - MANDAT KAWTELATORJU, REVOKA TA`
Summary
Huwa principju fondamentali illi min jezercita dritt li jispetta lilu ma jistax jitqies li f'dan l-ezercizzju ikun responsabbli ghall-hsara li bhala konsegwenza jista' jbati haddiehor, in omagg ghall-massima "qui suo iure utitur, non videtur damnum facere", bil-konsegwenza li d-dritt ghar-rikors ghall-protezzjoni tal-Qorti, huwa dritt li l-ezercizzju tieghu mic-cittadin ma ghandu bl-ebda mod jigimxekkel.

Tali dritt tac-cittadin ghar-rikors lejn il-Qorti ma ghandux jigi abbuzat.

Il-fatt li t-talba ta' min ipprovoka l-proceduri tigi michuda mill-Qorti, bl-ebda mod ma tfisser necessarjament li sar abbuz mid-dritt li tigi adita l-Qorti. Dan ghaliex ghalkemm il-ligi hija l-istess ghal kulhadd, huwa veru ukoll li l-ligi hija soggetta ghall-diversi interprettazzjonijiet li l-partijiet jafdaw fil-gudikant biex jinterpreta u jiddeciedi dwarhom.

Abbuz jigi riskontrat biss f'kazijiet eccezzjonali u dan kwazi dejjem f'kazijiet ta' vessatorjeta' naxxenti minn mala fede jew dolo jew almenu negligenza gravament kolpusa, fejn min ikun adixxa lill-Qorti ghall-hrug ta' mandat kawtelatorju ikun ibbaza fuq cirkostanzi manifesti li jkunu infondati fil-fatt u fid-dritt u vessatorji. Apprezzament zbaljat tal-fatti in kwistjoni u tal-konsegwenzi guridici li minnhom johorgu ma jiggustifikax azzjoni ghad-danni da parti ta` min ikun rebah l-azzjoni.

Dan l-ahhar principju huwa bbazat fuq il-fatt li l-element ta' vessatorjeta' jimplika abbuz tad-dritt ta' azzjoni gudizzjarja.

F'azzjoni ghad-danni kontra min ikun ottjena l-hrug ta` mandat kawtelatorju, il-Qorti tridtara jekk il-konvenut kellux prima facie bazi guridika li fuqha setgha jagixxi sabiex johrog mandatkawtelatorju, u dan fid-dawl tal-principju li d-dritt per se ghall-azzjoni gudizzjarja ma ghandu bl-ebda mod jigi pregudikat, u wisq inqas id-dritt ta' persuna li tipprotegi l-interess taghha sakemm id-dritt sostantiv jigi finalment determinat mill-istess Qorti.

Il-Qorti ghandha diskrezzjoniultima jekk timponix il-penali in kwistjoni. In oltre kwalsijasi danni reklamati jridu jigu provati.Il-hrug ta` mandati kawtelatorji li sussegwentement ma jigux segwiti b'kawza ma jwasslux necessarjament ghall-imposizzjoni ta` penali jew danni, jekk tali mandati ma jkunux inhargu b'abbuz tal-jeddijiet tal-persuna li titlob il-hrug taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info