Reference: 2268/1997/1

Judgement Details


Date
29/11/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
FORMOSA & CAMILLERI LIMITED NOE vs SEAMALTA COMPANY LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, SURROGA - DANNI, SURVEY FEES - GARANZIJA, TIGDID TA` - REGOLAMENTI TAL-PORT, EZENZJONI MINN RESPONSABILITA` - REGOLAMENTI TAL-PORT, FRAZI DEJJEM A RISKJU BISS TAS-SID - TALLY SHEET
Summary
Meta l-merkanzija tigi skarikata minn fuq il-bastiment jigi kkompilat rapport fuq l-istat li fih tinzel il-merkanzija minn abbord - it-tally sheet; u ghat-tieni mument, qabel li l-merkanzija tohrog mid-Dwana u tigi kkonsenjata lill-importatur, dan jirrilaxxja certifikat lill-Kontrollur tad-Dwana fuql-istat tal-merkanzija li jkun qed jircievi - il-Gate Pass Out.

Dawn iz-zewg dokumenti ghandhom jitqiesu bhala decisivi u li jorbtu l-partijiet kollha fil-kawza li ghandhom l-opportunita, a tempo vergine, li jikkontrollaw u jipprecizaw ir-registrazzjoni tal-istat ta' fatt. Provi a posteriori ta' dawk iz-zewg mumenti m'ghandhomx valur kontra l-presunzjoni juris tantum li dawk id-dokumentihuma veri u awtentici, dokumenti li gew ikompilati tempestivament u fil-mumenti opportuni.

Jekk it-tally sheet issir joint u jekk l-istess dokument ma jigi bl-ebda mod ikkontestat jew kontradett ghandu jitqies li tali tally sheet tikkostitwixxi prova tal-kontenut taghha.

Jekk umbaghadil-gate pass out tindika li nstabu hsarat jew nuqqasijiet fl-oggetti in kwistjoni qabel ma gew moghtija lill-importatur, dan l-istess dokument jikkostitwixxi prova kontra d-detentur tal-oggetti li kien qed jikkostudihom fl-intervall bejn il-kompletazzjoni tat-tally sheet u r-rilaxx tal-merkanzija.

L-indikazzjoni ta` xi difetti fil-gate pass out teskludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 70 tar-Regolamenti tal-Port tal-1966 li jaghtu lill-kuntrattur l-fakolta` li johrog biss ricevuta tal-kwantita tal-unit load li huwa rcieva minn fuq il-vapur.

L-Artikolu 90 u l-iskeda 13 tar-Regolamenti tal-Port tal-1996 jezentaw minn kull responsabilita` rigward merkanzija li tigi mahzuna jew stivata fil-berah, stante li l-istess merkanzija hekk stivata tibqa' a riskju tas-sid. Madanakollu, il-kliem ghar-riskju biss tas-sid fl-istess regolament, ifissru li l-istess kuntrattur u d-Direttur tal-Port huma mehlusa minn kull responsabilita' ta danni jew hsara fil-kaz biss ta' danni rizultanti minnforce majeur, li ma huwa xejn hlief applikazzjoni normali tal-principju tal-kuntratt ta' depozitu,kif ukoll tal-principju legali li r-riskju, fis-sens legali, jibqa' mas-sid.

Is-surroga tal-assiguratur ma tkoprix is-survey fees fihom infushom, imma biss l-ammont imhallas bhala kumpens tad-danni lill-assigurat. Is-survey fees qatt ma jithallsu mill-importatur u konsegwentement ma jkun hemm qatt surroga ghalihom.

Dan kollu pero' ma jfissirx li ma jistax ikun li xi parti minn dawn is-survey fees ma jkunux dovuti lis-socjeta' assikuratrici attrici f'kaz li jirrizulta li tali ammont ikun 'spiza necessarja u accessorja biex jigu konstatati d-danni reklamati'. F'dan il-kaz alluratali ammont ikun reklamabbli mis-socjeta' assikuratrici mhux in forza ta' surroga, imma in forza tal-principji generali li jekk persuna kkagunat danni hi kellha tirrispondi ghalihom, u konsegwentement, dawn id-danni kellhom jestendu wkoll ghal dak l-ammont li kellu jigi necesarjament minfuq biex jigu stabbiliti dawn id-danni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info