Referenza: 29/2008

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/03/2009
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
IL-PULIZIJA vs MAGRIN NICOLAI (NICOLAI CHRISTIAN)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARTIKOLU 39 (9) TAL KOSTITUZZJONI - ARTIKOLU 547 TAL-KODICI KRIMINALI - L-ARTIKOLU 4 TAS-7 PROTOKOL TAL-KONVENZJONI GHAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - NE BIS IN IDEM RULE
Fil-Qosor
F'dan il-kaz, ir-rikorrent tressaq mixli b'reat marbut ma' incident li fih, hu u jsuq, tajjar lill-passant Guzeppi Cuschieri u tieghu ma nstabx hati. Minn dik is-sentenza ma sar l-ebda appell mill-Prosekuzzjoni. Ghalhekk, dik is-sentenza saret gudikat. Ftit taz-zmien wara, il-Pulizija regghet xliet lir-rikorrent b'reat iehor marbut mal-incident li fih tajjar lil Guzeppi Cuschieri. Kien hemm xibidliet bejn l-ewwel akkuza (li minnha r-rikorrent inheles) u t-tieni akkuza (dik li dwarha issa tressqet din ir-Riferenza), l-izjed dwar il-hin illi fih allegatament sehh ir-reat.

Fil-fehma tal-Qorti, m'ghandu jkun hemm l-ebda dubju li din it-tieni xilja hija “bis” fir-rigward tal-ewwel wahda. Ma ntweriex li r-rikorrent kien involut f'aktar minn incident wiehed dak inhar u f'dak il-post.Ghalhekk, ma jistax ikun hemm l-ebda dubju li dak li r-rikorrent ried iwiegeb (jew ghad irid iwiegeb) ghalih kien marbut mal-istess episodju.

L-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni jipprovdi dwarid-dritt li l-ebda persuna li tkun ghaddiet minn procediment quddiem Qorti kompetenti dwar reat kriminali (sew jekk tkun inhelset mill-akkuza u sew jekk tkun instabet hatja) ma tista' terga' titressaq mixlija fi proceduri ohrajn dwar dak ir-reat jew xi reat iehor li ghalih setghet instabet hatja fl-ewwel procediment, ghajr fuq ordni ta' Qorti oghla moghti matul il-kors ta' appell jew procedura ta' revizjoni tal-ewwel process. L-istess artikolu jrid ukoll li hadd ma jitressaq mixli dwar reat kriminali li tieghu dik il-persuna tkun diga' nghatat mahfra. Tali principju jsib ix-xbieha tieghu ukoll fl-Artikolu 547 tal-Kodici Kriminali, fil-kaz fejn persuna mixlija tinheles mill-akkuzi mressqinkontriha.

Il-principju tan-ne bis in idem imhares fl-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni jimplika li persuna li tkun ghaddiet minn process dwar reat, m'ghandha qatt terga' tghaddi minn process iehor dwar tali reat jew dwar reati ohra li setghet tinstab hatja dwarhom f'dak l-ewwel process. Dan il-principju jidher li huwa l-verzjoni tad-dritt penali ta' dak il-principju l-iehor tar-res judicatali jikkostitwixxi eccezzjoni perentorja tal-gudizzju fil-qasam tal-procedura civili.

Ghalkemm id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 39(9) jixxiebhu ma' dawk tal-artikolu 4 tar-Raba' Protokoll tal-Konvenzjoni f'dak li huwa l-qofol tal-principju mahsub, bl-ebda mod ma jista' jsir tqabbil taghhom fuq il-livell ta' applikazzjoni jew tifsir.

Dan is-sub-artikolu fil-Kostituzzjoni jaghti harsien usa' lill-persuna mixlija minn dak moghti mill-artikolu 527 tal-Kodici Kriminali, sewwasew ghaliex jgholli l-eccezzjoni tan-ne bis in idem ghal-livell ta' garanzija kostituzzjonali bil-konsegwenza li persuna li jkollha dan il-jedd mhedded jew attwalment miksur quddiem qorti kriminali ghandha l-jedd tirrikorri ghall-protezzjoni quddiem qorti ta' xejra kostituzzjonali. Izda dak l-artikolu tal-Kostituzzjoni huwa mliggem b'eccezzjoni (li f'dan il-kaz tal-lum m'hijiex rilevanti) li ma tinsabxfid-dispozizzjoni korrispondenti tal-Konvenzjoni.

Meta wiehed jitkellem dwar l-eccezzjoni tan-ne bis in idem fil-qasam tad-dritt penali taht l-ordinament guridiku taghna, wiehed iqis li jehtiegjintwera li l-persuna li tkun tqieghdet taht akkuza ohra trid tkun l-istess wahda li kienet tqieghdet taht l-ewwel procedura u wkoll li tkun hekk tressqet dwar l-istess fatt.

Din il-Qorti tifhem li jekk kemm-il darba t-tifsira moghtija lill-artikolu 527 tal-Kodici Kriminali hija b'mod talili zzomm milli persuna terga' titressaq mixlija dwar fatt li dwaru kienet diga' tressqet taht procedura li ntemmet b'sentenza li saret gudikat, wiehed jistenna li t-thaddim tar-regola migjuba fl-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni ghandu jkun jghodd izjed biex ihares dak il-jedd. Il-garanziji kostituzzjonali ma jistghux ikunu applikati b'xehha jew b'anqas qawwa meta mqabblin mal-garanziji li taghtil-“ligi ordinarja” kif tinsab fil-Kodici Kriminali.

Din il-Qorti hija tal-fehma li l-elementikostitutivi (l-“elementi essenzjali”), jigifieri kemm dak materjali (l-“actus”) u kemm dak formali(il-“mens”) tar-reati ipotizzati fiz-zewg akkuzi kontra r-rikorrent, jixxiebhu f'kollox. Il-hin m'huwiex element kostitutiv taghhom, u l-istess reati - jekk ippruvati kif imiss - jitqiesu bl-istess mod indipendentement mill-hin li fih twettqu. Lanqas ma jidher li huwa l-kaz li l-hin jikkostitwixxixi element aggravanti ta' dawk ir-reati, izda huwa biss cirkostanza ohra li trid tirrizulta kif imiss biex torbot lill-persuna akkuzata mal-fatt tal-grajja nnifisha.

L-aspett tal-principju tan-ne bis in idem kif applikat taht il-Konvenzjoni jiehu xejra xi ftit differenti minn dak li japplika taht il-Kostituzzjoni. L-artikolu 4 tas-Seba' Protokoll, li llum il-gurnata jaghmel bicca mil-ligi ta' Malta, jipprovdi li hadd ma jista' jigi pprocessat jew ikkastigat ghal darba ohra fi procediment kriminali taht il-gurisdizzjoni tal-istess Stat ghal xi reat li dwaru jkun gie ipprocessat (kemmjekk ikun inheles kif ukoll jekk ikun instab hati) skond il-ligi u l-procedura penali f'dak l-Istat. L-imsemmi artikolu jaghmel eccezzjoni fil-kaz li, skond il-ligi u l-procedura penali ta' xi Stat,kaz jista' jerga' jinfetah jekk ikun hemm provi ta' fatti godda li jkunu ghadhom kif irrizultaw, jew jekk fl-ewwel procediment ikun sehh xi “vizzju fondamentali”, li f'kull kaz minnhom jista' jkollhom effett fuq kif jisvolgi l-kaz. L-imsemmi artikolu ma jippermetti l-ebda deroga minn Stat marbut mill-Konvenzjoni. Ghall-finijiet tal-Konvenzjoni, decizjoni titqies bhala gudikat meta tkun irrevokabbli u meta ma jkun ghad fadal l-ebda rimedju iehor disponibbli ghall-partijiet li jista' jibdel dikid-decizjoni.

Il-principju tan-ne bis in idem jimplika tabilfors li tkun tezisti sentenza jew decizjoni li tiswa (ghalkemm mhux bilfors tkun wahda li fiha l-akkuzat ikun instab hati) bhala ostaklu ghal procedura dwar l-istess reat warajha.

Huwa stabilit ukoll li l-jedd imhares taht l-imsemmi artikolu m'huwiex limitat biss ghall-harsien li persuna ma tinstabx hatja darbtejn tal-istess reat, imma li l-persuna ma ggarrabx izjed minn process wiehed dwar dak ir-reat, u ghalhekk, l-artikolu jghodd ukoll fejn persuna tkun diga' tressqet fuq proceduri li jintemmu bla sejbien tal-htijataghha. Dan ghaliex dak l-artikolu jigbor fih tliet garanziji differenti minn xulxin, u jigifieri li l-ebda persuna m'ghandha (i) tkun suggetta li titressaq, (ii) titressaq jew (iii) tinstab hatja aktar minn darba tal-istess offiza.

Din il-Qorti tifhem li r-regola mahsuba fl-artikolu 39(9)tal-Kostituzzjoni jew l-artikolu 4 tas-Seba' Protokoll ma zzommx milli bniedem jitressaq mixli izjedminn darba dwar xi fatt, jekk dak il-fatt jew dak l-ghamil ikun jikkostitwixxi aktar minn reat wiehed. Dak li jipprovdu l-imsemmija artikoli hu li persuna ma tistax titressaq mixlija bl-istess reatli minnu tkun diga' ghaddiet proceduri - kemm jekk tahthom instabet hatja u kemm jekk kienet inhelset - li jkunu ntemmu b'sentenza li saret gudikat. Ghalhekk, il-fatt wahdu li, f'xi cirkostanzi, jista' jkun hemm id-duplikazzjoni ta' procedimenti - l-aspett tal-“bis” - m'ghandux ikun il-kejl wahdieni li bih jitqies jekk ikunx hemm tassew ksur tar-regola mahsuba f'dawk l-artikoli.

Din il-Qorti qieghda taqta' u tiddeciedi billi tghid li l-proceduri mehuda kontra l-imputat Nicolai Magrin u li ghadhom qeghdin jinstemghu mill-Qorti Riferenti jiksru l-jeddijiet tal-akkuzat kemm taht id-dispozizzjonijiet tal-artikolu 39(9) tal-Kostituzzjoni u kif ukoll taht l-artikolu 4(1) tas-Seba' Protokoll tal-Konvenzjoni; u ghalhekk tordna lir-Registratur sabiex jghaddi lura l-atti tal-akkuza lill-Qorti Riferenti sabiex tiddisponi mill-kaz skond din is-sentenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni