Reference: 35/2007

Judgement Details


Date
16/12/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
LOFARO ABIGAIL
Parties
CAMILLERI TEREZA vs REGISTRATUR TAZ-ZWIGIJIET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITT TA ACCESS GHALL-QORTI TA GURISDIZZJONI KOSTITUZZJONALI
Summary
Il-Qorti tghid illi r-rikorrenti ghagglet wisq meta ipprezentat ir-rikors odjern. Irrizulta bl-aktar mod car illi ir-Registratur taz-Zwigijiet irrifjuta illi jkompli bit-tnidijiet peress illi l-gharus taghha ma kellux il-viza u effettivament fir-rikors taghha inter alia ir-rikorrenti qeghda titlobilli l-Qorti tordna lir-Registratur taz-Zwigijiet johrog it-tnidijiet taz-zwieg.

Il-Qorti tghid illi kien jezisti rimedju ordinarju; liema rimedju kien effettiv u effikaci u li r-rikorrenti setghet uzat wara ir-rifjut mir-Registratur taz-Zwigijiet li jippubblika t-tnidijiet sabiex hija tkun tista tizzewweg.

Id-dritt ta' access ghal Qorti ta' gurisdizzjoni kostituzzjonali mhux awtomatiku izda huwa mholli fid-diskrezzjoni tal-Qorti quddiem liema jkun gie intavolat l-ilment. Fil-proviso tal-artikolu 46(2) tal-Kostituzzjoni u l-artikolu 4 (2) ta' l-Att XIV ta' l-1987, il-ligi tghidhekk :

“Izda il-Qorti tista jekk tqis li jkun desiderabbli li hekk taghmel tirrifjuta li tezercita is-setghat taghha skond dan is-subartikolu f'kull kaz meta tkun sodisfatta illi mezzi xierqata' rimedju ghall-ksur allegat huma jew kienu disponibbli favur dik il-persuna skond xi ligi ordinarja ohra.”

Ghaldaqstant il-Qorti tichad it-talbiet tar-rikorrenti stante illi hija naqset illi tezawrixxi ir-rimedju ordinarju spettanti lilha skond l-Artikolu 8 subartikolu 2 tal-Att dwar iz-Zwieg, Kapitolu 255.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info