Reference: 6/2007

Judgement Details


Date
10/12/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
ATTARD VINCE F'ISEM V ATTARD WORKS LIMITED vs L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; CAHDA TA APPLIKAZZJONI GHAL ZVILUPP TA RESIDENZA
Summary
L-appellanti kien applika mal-Awtorita' appellata sabiex jinhareg permess fis-sit f'Ta' Gusman off Triq Wied Fulija, Zurrieq u jaghmel zvilupp “to extend residential unit and increasing depth of soiland planting of trees”.

Tali applikazzjoni kienet giet michuda mill-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp inter alia ghaliex din il-proposta kienet tmur kontra l-Artikolu 8 tad-Development Control Guidance - Developments Outside Built Up Areas li tirreferi ghall-“Minor extensions to buildings and uses in rural areas may be acceptable when there is a clear justification for the development.

Sar appell quddiem il-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar (Bord) fejn l-appellanti sostniet li din il-policy giet sodisfatta peress li s-socjeta' appellanti sostniet li l-kriterji kollha tal-istess artikolu tal-imsemmija policy gew sodisfatti.

Il-Bord ma laqax l-appell maghmul quddiemu ghaliex sostna ulterjorment li dak sottomess ma kienx jikkonsisti f'minor extensions u dan peress li kien ser ikun zieda ta' 80% fuq il-footprint tal-bini ezistenti, u dan jikser il-kriterju indikat bhala (iv) tal-istess artikolu 8 tal-istess policy tant li nghad li meta l-istess policy kienet qed tirreferi ghall-“minor extensions” mal-bini ezistenti l-Bord ma jistax jaccetta zvilupp li jirrizulta f'bini ta' hames darbiet aktar minn dak ezistenti bhala minor extension”.

F'dan l-appell, quddiem din il-Qorti ta' l-Appell, l-appellanti qal li ma gietx applikata il-PLP 20 u senjatament l-Atikolu 8 tal-istess u dan peress li inghad li l-Bord ghamel riferenza biss ghall-kriterju numru (ii) tal-istess policy mentri injora l-kriterji l-ohra kollha.

Meta din il-Qorti ta' l-Appell harset lejn id-decizjoni tal-Bord rat li fil-fatt l-istess Bord sostna li l-izvilup propost ma kienx wiehed ta' minor extension u dan peress li bl-izvilupp propost il-bini ezistenti kien ser jizdied b'hames darbiet ghal dak ezistenti u dan jidher li huwa manifestament kontra l-Artikolu 8 (iv) tal-istess policy. Dan ifisser li fil-fatt giet applikata l-policy attwalment indikata mill-appellanti u instab li tali zvilupp ma kienx konformi mal-istess, u fuq din il-bazi biss l-appell ghandu jigirifjutat, ghaliex in effetti dak li sar f'dan l-appell huwa li l-istess appellanti mhux qed jaqbelma' kif l-istess policy giet applikata ghall-kaz in ezami, haga li hija fil-kompetenza esklussiva tal-istess Bord.

Din il-Qorti thoss li fil-kaz in ezami l-kriterji kollha tal-artikolu 8 tal-imsemmija policy kellhom jigu sodisfatti, haga li jirrizulta ma' kienx il-kaz fl-izvilupp propost kifil-Bord sew ikkonstata u kif sewwa qalet l-Awtorita' appellata fir-risposta taghha tal-appell. Ghaldaqstant din il-Qorti ta'l-Appell cahdet l-appell interpost mir-rikorrenti permezz tar-rikors tieghutal-appell stante li huwa nfondat fil-fatt u fid-dritt kif hawn deciz,




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info