Referenza: 1/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/01/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CIANTAR PHILIP vs SCHEMBRI BATTRIES
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AUDI ALTERAM PARTEM
Fil-Qosor
Is-socjeta' konvenuta appellanti tillanja mill-fatt li l-arbitru naqas milli jikkonsidra l-aspetti teknici tal-vertenza dwar il-batterija de quo kif dawn jemergu mir-risposta tieghu - u ghalhekk jissottometti li ma gewx segwiti r-regoli jew il-principji tal-gustizzja naturali u specifikament l-audialteram partem.

Wara li semghet ukoll it-trattazzjoni tal-appell, din il-Qorti tibda biex tosserva li l-aggravju tal-konvenut appellant huwa msejjes fuq l-ilment li l-ewwel Tribunal ghamel evalwazzjoni skorretta u ingusta tal-provi prodotti a detriment tieghu biex imbaghad - b'mod imgebbed ghall-ahhar da parti tal-appellant - saret konnessjoni ma' dan l-ilment ma' allegazzjoni ta' nuqqas tal-audi alteram partem.

Il-Qorti ezaminat l-atti tal-kawza, u ma jidhrilhiex li l-aggravju tas-socjeta' konvenuta huwa minimament fondat. It-Tribunal, wara li espona succintement iz-zewg tezijiet reciproci tal-kontendenti deherlu “Ii l-verzjoni tar-rikorrenti hi aktar kredibbli”. B'daqstantma jfissirx li l-intimat appellant kellu jaqbel bilfors ma' tali decizjoni imma daqstant iehor ma jfissirx li allura ma gewx segwiti r-regoli tal-gustizzja naturali kif allegat. Ma hemm assolutamentxejn x'jinficja il-procedura adoperata mit-Tribunal, minn punto di vista ta' dritt procedurali, tenut kont li hawn si tratta ta' procedura sommarja.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi billitichad l-appell tas-socjeta' intimata appellanti bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontriha, filwaqt li tikkonferma s-senenza appellata moghtija fit-8 ta' Frar, 2000, fil-kawza fl-ismijiet premessi mit-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni