Reference: 82/2001/1

Judgement Details


Date
07/12/2001
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs CARTER MICHAEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
NOTA TA` RINVIJU, NATURA TA`
Summary
Huwa biss meta r-rinviju ghall-gudizzju jsir skond is-subartikolu (5) ta' l-Artikolu 433 tal-Kap. 9li l-Qorti tal-Magistrati tista' ssib htija ta' reat li ma jkunx wiehed minn dawk indikati fin-notata' rinviju. Huwa propju ghalhekk li s-subartikolu (6) ta' l-Artikolu 433 tal-Kap. 9 jipprovdi li f'kaz ta' rinviju simili, il-Qorti Inferjuri tista', qabel ma ssib htija jew tillibera jew qabel ma taghti provvedimenti ohra ta' kompetenza taghha, tisma' provi ohra sew kontra kif ukoll favur l-imputat. Meta, invece, ir-rinviju ghall-gudizzju jsir skond is-subartikolu (3) tal-Artikolu 370 (u allurawiehed qed jitkellem fuq ghall-anqas reat wiehed, fost dawk imputati, li huwa ta' kompetenza tal-Qorti Kriminali), in-nota ta' rinviju ghall-gudizzju tassumi rwol simili ghal dak ta' l-att ta' akkuzaquddiem il-Qorti Kriminali. Fin-nota ta' rinviju ghall-gudizzju skond l-Artikolu 370(3) ma jistghuxjizdiedu reati li dwarhom ma tkunx saret il-kumpilazzjoni; l-Avukat Generali, naturalment, jista' jnaqqas reat jew reati u anke jzid skuzanti. Bhal fil-kaz tal-att ta' akkuza, jekk fin-nota ta' rinviju ghall-gudizzju taht l-imsemmi Artikolu 370(3) l-Avukat Generali jakkuza lil xi hadd bhala awtur ta' reat, il-Qorti tal-Magistrati, wara li tkun akkwistat il-kompetenza bil-kunsens ta' l-akkuzat (Art. 370(3)(c)), tista' ssibu hati ta' tentattiv ta' dak ir-reat, jew ta' reat iehor anqas gravi izda kompriz u involut f'dak ir-reat, jew bhala komplici f'dak ir-reat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info