Reference: 697/1999/4

Judgement Details


Date
23/01/2001
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FILLETTI JOSEPH A., MAGRI ALBERT J., DEPASQUALE FRANCO
Parties
CALLEJA MEINRAD vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIBERTA` PROVVIZORJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RABTA BEJN ID-DRITT GHAL SMIEGH XIERAQ U L-LIBERTA` PROVVIZORJA
Summary
L-arrest jew detenzjoni ta' persuna skond il-ligi hija l-eccezzjoni ghar-regola u mhux bil-maqlub.Il-principju generali hu dak tad-dritt ghal-liberta'. L-arrest u detenzjoni preventiva, ankorke' tista' tkun wahda legali, tibqa dejjem privazzjoni ta' dritt u ghalhekk m'ghandhiex tigi ekwiparata lihija xi speci ta' dritt tal-prosekuzzjoni jew ta' xi hadd iehor. Naturalment, la darba jkunu jezistu eccezzjonijiet ghall-principju dawn ma jistghux jigu injorati. Fi kliem aktar car, proprjament id-dritt li ghandu kulhadd huwa d-dritt tal-liberta', mhux id-dritt ghal-liberta' provvizorja. Id-diskors dwar liberta' provvizorja ghalhekk iqum meta hemm invokata xi wahda jew xi whud mill-eccezzjonijiet ghal dak il-principju favur id-dritt ghal-liberta' u sigurta' tal-persuna. Dan kollu jassumiaktar sinjifikat f''sistema legali bhal taghna fejn l-innocenza tal-persuna akkuzata hija prezunta sakemm jigi ppruvat u misjub il-kuntrarju.

Tezisti konnessjoni bejn l-artiklu 6 (1) tal-Konvenzjoni (smiegh imparzjali u pubbliku fi zmien ragjonevoli) u l-artiklu 5 (3) madanakollu l-Artikolu 5(3) huwa kkaratterizzat minn urgenza akbar peress illi jittratta dwar kazijiet fejn persuna tkun arrestata waqt proceduri kriminali. Persuni li jkunu imprigjonati ghandhom ikollhom priorita` oghla ghal-smiegh kemm jista` jkun spedit. Il-helsien mill-arrest evidentement ma jehlisx lill-awtoritajiet mid-dover li jorganizzaw il-proceduri fi zmien ragjonevoli. Ghalhekk ir-rapport bejn dawn iz-zewg artikli jfisser li jista` jkun hemm vjolazzjoni ta` wiehed indipendentement minn vjolazzjoni ta` l-iehor. L-Artikolu 5(3) jista` jigi vjolat b`detenzjoni irragjonevolment twila waqt il-pendenza tal-proceduri jew minn dewmien irragjonevoli fl-istituzzjoni tal-proceduri jekk jigi konsiderat li l-imputatikun qeghed jinzamm taht arrest preventiv.

Anke jekk jibqa' s-suspett ragjonevoli (kif rikjesta taht l-art. 5 (1) (c), meta jghaddi certu tul ta' zmien, il-prolungament ma jibqax ukoll legali.

Ma hemmx zmien specifiku kemm persuna tista' legalment tibqa' minghajr ma tinghata l-liberta'provvizorja jekk jezistu dawn ir-ragunijiet. Ir-ragjonevolezza ta' zmien jiddependi mic-cirkustanzi ta' kull kaz"

F'kull kaz irid jinzamm bilanc bejn l-interessi tal-persuna detenuta ghal smiegh xieraq fi zmien ragjonevoli u l-interessi tas-socjeta' li jkun hemm prosekuzzjoni effettiva fi proceduri kriminali u li tkun protetta mill-aggressjoni ta' reati gravi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info