Reference: 13/2006

Judgement Details


Date
27/11/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
SPITERI JOHN vs L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; BINI RURALI LI MA SARX SKOND IL PERMESSI
Summary
F'dan il-kaz kienet saret applikazzjoni mill-appellant sabiex iwaqqa' u jerga jibni kmamar ezistentisabiex dawn jintuzaw ghall-hazna ta' oggetti konnessi ta' progett ta' tkabbir ta' dwieli (vitikoltura) u sabiex huwa jaghmel uzu ta' erba' tumoli ta' raba' ghall-istess skop ta' tkabbir ta' dwieli. Din l-applikazzjoni hija wahda outline development u din saret wara li kien hareg enforcement noticefuq l-istess sit peress li kien hemm bini bla permess fuq l-istess art li jikkonsisti f'kamra ikbaru mibnija b'mod differenti minn dik approvata skond il-permess.

L-posizzjoni hija li hemm bini li ma sarx skond il-permess, u li hemm Avviz ta' Twettiq fuqu, u bl-applikazzjoni li saret ir-rikorrenti qed jallega li qed jissana tali zvilupp b'dan allura li l-istess rikorrenti qed isostni li din hija applikazzjoni sanatorja u dan allura skond id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 52 (6) u (7) tal-Kap. 356.

Din l-applikazzjoni giet rifjutata mill-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izviluppminhabba li:
(a) tali zvilupp ma kienx necessarju ghall-agrikoltura u r-rikorrenti mhux full time farmer; (b) ma sar ebda ezercizzju ghall soft landscaping (c) l-izvilupp propost huwa wiehed f'wied u tali zvilupp mhux permess b'tali ambjent (d) din l-applikazzjoni tmur kontra Circular PA 2/96 “which states that “when existing building development on a site is wholly or partly illegal, the DCCwill not consider a development permit application relating to new development on that site, unlessthe development is regularised”.

Dwar dan sar appell quddiem l-istess Bord ta' l-Appell Dwar l-Ippjanar (PAB) fuq il-punti kollha, u l-appell gie rifjutat. Gie deciz mill-Bord li l-applikazzjoni tar-rikorrenti ma kienitx wahda li tista' tigi kkonsidrata bhala wahda sanatorja peress li din l-applikazzjoni kienet qed tissugerrixxi zvilupp kompletament gdid tant li dan kien jikkonsisti li l-izvilupp ezistenti jitwaqqa' kollu u minfloku jsir l-izvilupp propost.

L-istess Bord sostna li dan ma kienx skond l-istess cirkolari u dan ghaliex skond dan id-dokument l-applikant ghandu bisszewg alternattivi li huma jew li jissana l-izvilupp ezistenti sabiex imbaghad jottjeni permess ghaldak l-izvilupp gdid li jixtieq iwettaq jew li jwaqqa' l-izvilupp li mhux kopert bil-permess. L-applikant ma uza l-ebda wahda minn dawn l-alternattivi ghaliex qed jipproponi zvilupp gdid u li allura ghazel li jissugerrixi li jwaqqa' biss l-izvilupp illegali f'kaz biss li l-izvilup propost li huwa outline jigi approvat.

L-appellant jghid li din hija interpretazzjoni hazina tal-ligi peress din l-interpretazzjoni moghtija mill-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar (PAB) tac-cirkolari msemmija hija zbaljata peress li sabiex applikazzjoni tigi kkunsidrata bhala wahda sanatorja ma hemmx bzonn lil-ewwel issir applikazzjoni sabiex jigi ssanat dak li huwa llegali u mbaghad issir applikazzjoni ghall zvilupp gdid b'dan li allura r-rikorrenti qed jikkontendi li l-applikazzjoni de quo kif saret hija wahda sanatorja u skond il-ligi ghaliex tikkontempla it-twaqqieh ta' dak li huwa llegali sabiex jigi sanat bl-izvilupp propost, u l-fatt li saret applikazzjoni outline ma' jbiddel xejn minn natura ta' l-istess principji, ghaliex la darba l-applikazzjoni maghmula tikkontempla t-twaqqiegh tal-izvilupp illegali dan ifisser li qed jigi ssanat l-izvilupp ezistenti ghaliex tkun qed titnehha l-illegalita'.

Din il-Qorti thoss li dan huwa appell ta' dritt skond id-disposizzjonijiet tal-artikolu15 (2) tal-Kap 356 u dan peress li f'dan il-kaz hemm kwistjoni ta' dritt li holqot vertenza jew diskussjoni u li I-Bord applika l-attenzjoni tieghu fuqha billi trattaha debitament u ddefiniha fid-decizjoni tieghu.

L-oggett tal-applikazzjoni irid ikun l-issannar tal-izvilupp illegali u dan kemm jekk l-applikazzjoni tkun tirreferi biss ghall tali zvilupp illegali, kif ukoll jekk tali permessmitlub ikun jinkludi wkoll zvilupp iehor fuq l-istess sit. Din il-Qorti thoss ghalhekk li applikazzjoni sabiex jigi ssanat zvilupp illegali ghall fini tal-artikolu 52 tal-Kap. 356 jinhtieg li tirreferi ghall-applikazzjoni li tinkludi li l-izvilupp attwali jigi ssannat anke jekk mieghu jkun hemm rikjesta ghall zvilupp ulterjuri jew ikbar tal-istess sit.

Fejn hemm applikazzjoni li tissugerixxi zvilupp gdid ta' dak li effettivament hemm mibni u/jew jezisti u permess u b'hekk dan l-izvilupppropost jkun kompletament differenti minn l-istat ta' zvilupp u bini ezistenti fuq s-sit, dan ma jammontax ghal semplici applikazzjoni sanatorja li twaqqaf l-esekuzzjoni ta' Avviz ta' Twettiq a bazital-artikolu 52 tal-Kap 256.

L-interpretazzjoni li ta l-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar tal-istess cirkolari hija wahda korretta fis-sens li l-istess applikant fil-kaz ta' Avviz ta' Twettiqghandu zewg ghazliet sabiex jirregolarizza l-posizzjoni tieghu u dan billi jew jikkonforma ruhu mal-permess li ghandu u jnehhi jew jwaqqa' dak li sar kontra l-istess permess, jew li japplika sabiex jissana l-istess zvilupp u/jew bini li huwa llegali, u dan fis-sens li japplika sabiex jigi sanat l-izvilupp attwali anke jekk fl-istess applikazzjoni l-izvilupp ikun wiehed iktar estensiv minn dak li l-izvilupp li ghandu jew qed jitlob li jigi ssanat.

Artikolu 52 (7) tal-Kap 356 jindika li dwar kull htiega indikata fl-avviz tat-twettiq tieqaf milli tkun operattiva sakemm l-applikazzjoni tigi maqtugha b'mod finali b'dan li jekk il-permess jinghata l-Avviz tat-Twettiq ma' jkollux iktar effett.

Artikolu 52 (6) (b) jindika li applikazzjoni ta' ssanar hija wahda li tirregolarizza l-izvilupp ezistenti u f'kaz ta' kostruzzjoni ta' bini, li l-bini attwali li huwa llegali jigi b'hekk sanat jew kopert b'permess u certament l-istess artikolu tal-ligi ma huwiex qed jikkontempla zvilupp gdid u/jew differenti minn dak ezistenti.

Din il-Qorti thoss li l-interpretazzjoni moghtija fid-decizjoni tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar (PAB) mertu ta' dan l-appell hija wahda korrettau ghalhekk l-appell tar-rikorrenti John Spiteri qed jigi michud.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info