Reference: 4/2007

Judgement Details


Date
27/11/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET vs DEGUARA CARUANA GATTO MARIA THERESA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
TGAWDIJA TA PROPRJETA U KUMPENS XIERAQ; ARTIKOLU 37 TAL-KOSTITUZZJONI U ARTKOLU 1 TA L-EWWEL PROTOKOLL GHALL-KONVENZJONI EWROPEA
Summary
Il-vantazzjoni tal-intimati ndikati f'din ir-riferenza kostituzzjonali hija li hemm vjolazzjoni ta'l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u ta' l-Artikolu 1 ta' l-ewwel Protokoll ghall-Konvenzjoni Ewropea li jipprotegu d-dritt ghat-tgawdija tal-proprjeta' u b'mod partikolari id-dritt ghal kumpens xieraq inkluz fl-imsemmija protezzjoni billi l-kumpens dikjarat ma jirriflettix il-kumpens xieraq u dovut izda huwa kumpens limitat bl-emenda introdotta bl-Att XVII tas-sena 2004 ghal proviso ta' l-Artikolu 25 tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet ghal Skopijiet Pubblici. Dan huwa l-punt li tqajjem fl-istess riferenza kostituzzjonali u din il-Qorti hija marbuta sabiex tezamina biss it-termini tal-istess referenza kostituzzjonali.

Din il-Qorti thoss li b'din l-emenda jirrizulta li l-ammont ta' kumpens li seta' jigi ffissat mill-Bord bhala valur ta' l-art ma baqax izjed dak il-valur li l-art ikollha fiz-zmien tan-notifika ta' l-avviz, izda dan gie limitat ghall-ghola ammont ta' kumpens lijkun gie propost mill-partijiet. Illi f'kaz allura li l-valutazzjoni ta' l-art, iffissata mill-periti teknici, kif indikata fl-istess Att, jkun iktar mill-ammont offert jew mitlub mill-partijiet fil-process, ma huwiex iktar possibbli li jinghata tali valur, izda l-ammont ta' kumpens moghti irid jigi mnaqqas mill-ghola valur msemmi mill-partijiet, u b'hekk dan igib tnaqqis u limitazzjoni fil-valurli l-istess Bord seta' jillikwida favur l-intimati odjerni wara li gew in effett l-istess emendi. Dan sar kollu fil-kuntest ta' kawza bejn il-partijiet illi kienet ilha li giet istwita u fil-fatt tali emendi saru waqt il-mori tal-istess proceduri.

Il-principju baziku li l-Qrati taghna u l-Qorti Ewropeja isegwu f'dawn il-kazijiet, huwa l-principju tal-legittimita' u tal-proporzjonalita'. Fil-fatt huwa ormai pacifiku illi “interferenza mat-tgawdija ta' proprjeta', kemm jekk permezz ta' esproprjazzjoni jew il-kontroll ta' l-uzu, tista' generalment titqies bhala gustifikata jekk tirrispetta r-rekwiziti tal-legalita' u jekk titqies li qed issir fl-interess pubbliku jew generali. In oltregie stabbilit rekwizit ta' proporzjonalita' u l-htiega li wiehed jilhaq bilanc gust bejn il-htigijiet tal-komunita' u l-protezzjoni ta' l-interessi ta' l-individwu.”

Fil-kuntest tal-proceduraodjerna jirrizulta li bl-emendi introdotti l-intimati kienu ntitolati ghall-kumpens skond il-valur ta' l-art fis-suq kif indikat fl-istess Kap. 88 inkluz l-Artikolu 27 (1) (b) u b'hekk l-istess intimati kellhom ‘a legitimate expectation' illi l-kumpens taghhom jigi iddeterminat skond il-ligi alluravigenti u mhux permezz ta' regoli li saru bl-istess emenda hawn impunjata li llimitatilhom dan id-dritt b'mod sostanzjali anke jekk wiehed joqghod fuq l-istimi li saru mill-istess periti teknici appuntati mill-Bord, b'dan li dan effettivament iwassal li bl-applikazzjoni retroattiva ta' l-istess emenda ghall-kazijiet fejn l-esproprju sar qabel ma giet in vigore l-istess emenda, l-ammont ta' kumpens li jistghu jircievu l-istess intimati gie b'hekk severament pregudikat u limitat.

Fil-kaz in ezami mhux biss ma kienx hemm kumpens gust u xieraq a bazi tal-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni izdawkoll inkiser il-bilanc li jrid jinzamm bejn il-htigijiet tal-komunita' u l-protezzjoni ta' l-interessi ta' l-individwu u dan huwa iktar applikabbli meta tali proprjeta' tkun ittiehdet biex tinbena utigi allokata lill-terzi, bhal fil-kaz in ezami u mhux bhala parti mill-process “of economical, social or political reform not linked to any other specific circumstances”, fejn allura is-sid, anke skond l-istess Konvenzjoni huwa intitolat ghall-kumpens shih skond il-valur tas-suq.

Il-Qorti,taqta' u tiddeciedi, billi tilqa' t-talba ta' l-intimati u tiddikjara illi bl-applikazzjoni tal-emenda introdotta bl-Att XVII tas-sena 2004 ghal proviso tal-Artikolu 25 tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet ghal Skopijiet Pubblici ghall-kaz in ezami fid-decizjoni tal-Bord tal-Arbitragg dwar Artijiet tas-27 ta' Marzu 2006 fil-kawza fl-ismijiet ‘Il-Kummissarju tal-Artijiet vs Maria Teresa Deguara Caruana Gatto” (Rikors 1/2007) gew lesi d-drittijiet fundamentali tal-intimati u senjatament l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u tal-Artikolu 1 ta' l-ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea li jipprotegu d-dritt ghat-tgawdija tal-proprjeta' u ghalhekk l-istess decizjoni hija f'dan il-kuntest nullau bla effett b'dan li l-kumpens illi ghandu jigi stabbilit a favur l-intimati minhabba l-esproprazzjoni tal-proprjeta' taghhom ghandu jsir skont Kap 88 tal-Ligijiet ta' Malta kif kien qabel ma' dahletin vigore l-emenda introdotta bl-Att XVII tas-sena 2004 u konsegwentement tordna lir-Registratur jghaddi lura l-atti lill-Onorabbli Qorti tal-Appell sabiex l-istess taderixxi ruhha ma' din id-decizjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info