Reference: 1121/1995/2

Judgement Details


Date
20/11/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., CUSCHIERI NOEL
Parties
ABELA GEORGE vs CORTIS JOSEPH NOMINE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI; APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI - RITRATTAZZJONI; KAWZALI TAS-SENTENZA MILQUTA MINN ZBALL LI JIDHER MILL-ATTI JEW MID-DOKUMENTI TAL-KAWZA
Summary
Ir-ritrattazzjoni hija rimedju straordinarju mholli li jsir biss fil-kazijiet stabiliti fil-ligi liema cirkostanzi huma tassattivi u ghandhom jinghataw tifsira ristretta u bla tigbid jew analogija. Il-process ta' ritrattazzjoni ma jservix bhala t-tieni appell, b'mod li taht l-iskuza ta' xi nuqqas procedurali, l-Qorti tkun mistiedna biex terga' twettaq ezercizzju ta' ri-ezami li, fil-fatt, ma jkunxejn aktar minn skrutinju mill-gdid tal-konsiderazzjonijiet digà maghmulin mill-Qorti fis-sentenza li taghha jintalab it-thassir u s-smigh mill-gdid. Dan jghodd ghal kull wahda mill-kawzali mahsubinfl-artikolu 811 tal-Kodici.

Dwar il-kawzali tal-applikazzjoni hazina tal-ligi (Art. 811(e)tal-Kap 12), ir-rikorrent jghid li din il-Qorti, fis-sentenza li taghha qieghed jitlob it-thassir, naqset li tiehu qies tal-fatt li l-art in kwestjoni tinsab registrata b'titolu assolut taht id-dispozizzjonijiet tal-Kapitolu 296 tal-Ligijiet ta' Malta, u naqset ukoll li tapplika l-effetti ta' dik ir-registrazzjoni minkejja li huma effetti li jolqtu l-ordni pubbliku.

Biex jitqies li f'sentenza saret applikazzjoni hazina tal-ligi jehtieg jintwera li, meta l-fatti huma tassew kif stabilitif'dik is-sentenza, d-decizjoni ma tkunx skond il-ligi. Barra minn hekk, ma hemm lok ghal ebda ritrattazzjoni jekk kemm-il darba l-kwestjoni tkun fuq interpretazzjoni ta' ligi li fuqha l-Qorti tkun tat decizjoni. Ir-ritrattazzjoni tinghata biss meta ghal dawk il-fatti accertati, tigi mhaddma ligi lima kinitx tapplika ghall-kaz.

F' dan il-kaz, il-qofol tal-kwestjoni kienet dwar it-tifsiralegali tal-fatti. B'mod partikolari, ir-rikorrent jishaq li ladarba irrizulta bhala fatt li l-artkollha li tinsab f'idejh (u f'idejn l-awturi tieghu) kienet registrata b'titolu assolut, dan kien ifisser li l-Qorti kien messha haddmet l-effetti tal-ligi specjali biex tqis is-siwi tat-titolu tieghu(u tal-awturi tieghu) bhala aqwa minn dak tal-attur appellat. Huwa jghid li, ladarba ma sarx dan,jigi li s-sentenza applikat il-ligi hazin ghaliex Qorti ma tistax tinjora titolu bhal dak.

Din il-Qorti ma tifhimhiex bhar-rikorrent. F'din il-procedura ta' smigh mill-gdid ta' kawza, dak li jiswa hu li s-sentenza attakkata ma tkunx haddmet ligi li tghodd ghall-kaz. Dan jghodd safejn il-ligi li ma tkunx thaddmet ma tkunx wahda li ggib fix-xejn il-ligi li l-Qorti tkun inqdiet biha taht ir-regola li lex specialis derogat generali. Minbarra dan, minhabba li s-sentenza attakkata fissret ukoll ir-ragunijiet ghaliex ma laqghetx l-istedina tal-appellanti biex tqis il-kwestjoni tat-titolu fid-dawl tad-dispozizzjonijiet tal-Kap 296, dan igib li l-kawzali taht ezami ma tibqax tghodd izjed sewwasew minhabba dak li jghid il-proviso tal-paragrafu (e) tal-artikolu 811. Ghaldaqstant, din il-Qorti ma ssibx li ghandha tilqa' t-talba tar-rikorrent ghat-thassir tas-sentenza fuq il-bazi tat-thaddim ta' ligi hazina.

Dwar il-kawzali tas-sentenza milquta minn zball li jidher mill-atti jewmid-dokumenti tal-kawza (Art. 811(l) tal-Kap 12), huwa mehtieg li wiehed iqis sewwa x'inhu dak li tghid il-ligi sabiex tali kawzali titqies misthoqqa. Il-ligi titkellem b'mod car dwar liema zball irid ikun biex iwassal halli sentenza tista' tithassar. Tali zball irid johrog mis-sentenza nnifisha ujkun jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza u dan biss fil-kaz li d-decizjoni tkun imsejsa fuq is-suppozizzjoni ta' xi fatt li l-verità tieghu tkun eskluza ghal kollox jew fuq is-suppozizzjonili l-fatt ma jezistix. F'kull kaz, il-fatt ma jridx ikun punt kontestat li jkun gie deciz bis-sentenza.

Fuq kollox, l-izball li ghalih tirreferi din id-dispozizzjoni jrid ikun wiehed ta' fatt.Ghal dan il-ghan, l-izball ta' fatt li jaghti lok ghar-ritrattazzjoni jrid ikun wiehed materjali, manifest u jirrizulta mill-atti nfushom, ghaliex mhux imholli li jitressqu provi biex jippruvaw talizball. Minbarra dan, l-izball ma jridx ikun relattiv ghall-kriterji jew karattri li bihom il-fatt ikun gie jew seta' gie mifhum mill-gudikant li ta s-sentenza li qieghed jintalab it-thassir taghha, ghaliex dan m'huwiex zball li johrog mill-atti imma fis-sewwa konvinciment insindakabbli tal-gudikant.

B'zieda ma' dan, l-izball li jwassal ghat-thassir ta' sentenza u s-smigh mill-gdid tal-kawza irid ikun iddetermina d-decizjoni tal-gudikant fis-sens li kien l-fondament ewlieni tas-sentenza.B'dan il-mod, inghad li ma hemmx lok ghat-thassir tas-sentenza jekk kemm-il darba din, ghalkemm vizzjata minn zball ta' fatt manifest, tkun tista' tigi mod iehor imwiezna b'ragunijiet ohrajn indipendenti minn tali zball. Fuq kollox, ma tithalliex issir ritrattazzjoni fejn il-fatt zbaljat ikun puntli gie ikkontestat u deciz fis-sentenza attakkata.

Din il-Qorti, fis-sentenza attakkata mir-rikorrent, ma kienet waqghet fl-ebda zball ta' fatt, izda kienet ezercitat id-diskrezzjoni taghha litqis li dawk il-provi u dak l-argument tal-parti appellanti ma kellhomx jittiehdu in konsiderazzjoni ghas-soluzzjoni tal-vertenza li kellha quddiemha. L-ilment tar-rikorrent taht din il-kawzali jfalli wkoll ghaliex il-process tar-ritrattazzjoni ma jistax iservi biex jifli r-ragunament tal-Qorti litkun tat is-sentenza attakkata. Ghalhekk, il-Qorti ssib li t-talba tar-rikorrent lanqas taht din il-kawzali ma jisthoqqilha tintlaqa'.

Ladarba m'hemmx ragunijiet tajbin li ghalihom is-sentenzaattakkata ghandha tithassar, lanqas hemm ragunijiet tajbin biex l-appell jerga' jinstema' mill-gdid.Ghaldaqstant, il-Qorti qieghda taqta' u tiddeciedi billi tichad it-talbiet tar-rikorrent Mark Gasan, bl-ispejjez kontra tieghu, billi ma jirrizultawx il-kundizzjonijiet li jwasslu ghat-thassir tas-sentenza moghtija minn din il-Qorti fis-27 ta' Lulju, 2007, fil-kawza fl-ismijiet premessi u ghas-smigh taghha mill-gdid.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info