Reference: 55/2006

Judgement Details


Date
18/11/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
MIZZI JOHN A. vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM; LIBERTA TA ESPRESSJONI
Summary
Jinghad li l-liberta` ta' l-espressjoni hija dritt fondamentali tal-bniedem. Din hija garantita kemm fil-Kostituzzjoni kif ukoll fil-Konvenzjoni Ewropeja u f'tant dokumenti ohrajn. Jinghad ukoll ligurnalista certament igawdi minn tali dritt ta' espressjoni, izda hawnhekk wiehed irid jiftakar dejjem fil-principju fundamentali li l-fatti huma sakri u l-espressjonijiet ta' evalwazzjoni ta' dawn il-fatti jistghu jkunu liberi. Infatti jemergi car li hadd ma ghandu d-dritt idawwar fatti, u tali dover huwa aktar serju fil-kaz ta' gurnalista minn ta' nies ohra, minhabba li l-gurnalista suppost ikun studja dawn il-principji u ghalhekk ghandu l-obbligu li joqghod aktar attent. Gurnalista m'ghandux id-dritt li jghid fatti ohra barra dawk li huma u m'ghandu ebda dritt li jaghmel l-evalwazzjoni tieghu u jdawwarha bhala xi haga sagrosanta bhala fatt. Gurnalista ghandu l-obbligu li jistqarr il-fatti u li wara li jghid il-fatti kif verament huma ghandu l-fakulta` li jiddiskuti u jikkumenta fuq tali fatti kif oggettivament huma u wara jaghti l-interpretazzjoni tieghu dwarhom, b'mod li jkun jidher car li dak hu l-apprezzament tieghu. Ma jistax wiehed iqis sentenza tal-Qorti bhala repressiva jekk ma thallix gurnalista jghid dak li mhux minnu fil-fatti. U dak li ghamlu s-sentenzi msemmija fir-rikors.

Ir-rikorrent qed jghid li ma ingurjax ir-reputazzjoni ta' Dottor Boffa, izda l-Qrati dehrilhom mod iehor. Bla dubju li r-rwol ta' gurnalista huwa importantissimu f'socjeta` demokratika, izda dan ma jiggustifikax l-abbuzi u huwa ghalhekk li l-Artikolu 10 tal-Kap. 319 jaghmel l-eccezjonijiet li jaghmel ghad-dritt ta' liberta` ta' l-espressjoni.

Izda fis-sub-artikolu 2 ta' l-artikolu 10 jissemmew specifikament ir-ristrezzjonijiet ghall-liberta` tal-espressjoni. Il-kitba dequo hamget ir-reputazzjoni ta' Dr Boffa. Ir-rikorrent jibbaza fuq il-kuncett tal-‘necessary in ademocratic society' izda dan ma jfissirx li tista' tghid dak li ma huwiex u tikser dak li hu prescribed by law. Lanqas ma taqbel din il-Qorti li r-rikorrent ma affangax ir-reputazzjoni ta' Dr Boffahekk kif sabet l-Onorabbli Qorti ta' l-Appell.

Malafama lil missieri hija malafama lili li jien haj u certament li ghandi d-dritt li ma nigix defamat ghalkemm il-gurnalist ghandu d-dritt tal-liberta` ta' l-espressjoni, liema dritt pero` irid jigi ezercitat minghajr ksur tal-kwalifiki tal-Konvenzjoni Ewropeja. Il-kawza saret mill-eredi tal-persuna l-mejta u l-intimat kien u ghadu haj u jista' jiddefendi lilu nnifsu adegwatament. Il-fatt li persuna tkun mejta ma jfissirx li l-werrieta /familjari ma jistghux igarrbu danni minhabba f'xi azzjoni li tkun garrbet dik il-persuna sew f'hajjitha kif ukoll wara mewtha.

Ghaldaqstant din il-Qorti taqbel mal-konkluzjoni tal-Qorti ta'l-Appell illi l-azzjoni civili ghar-risarciment tad-danni naxxenti minn reat fil-kaz ta' allegat ingurja lil persuna mejta hija proponibbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info